2 MAKKABIN 1 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 1Żewġ ittri lil-Lhud tal-Eġittu:L-ewwel waħda (125-124 QK)

1Lill-aħwa, il-Lhud tal-Eġittu, saħħa. L-aħwa, il-Lhud ta’ Ġerusalemm u dawk tal-Lhudija, ir-risq it-tajjeb.

2Ħa jagħmlilkom il-ġid Alla u jiftakar fil-patt tiegħu ma’ Abraham, ma’ Iżakk u ma’ Ġakobb, il-qaddejja fidili tiegħu. fis-sena 169 aħna l-Lhud konna ktibnielkom: ‘Fl-eqqel tal-hemm li kien waqa’ fuqna f’dawk is-snin minn mindu Ġason u sħabu qamu kontra l-art imqaddsa u s-saltna,. Għalhekk stajna noffru s-sagrifiċċju u nagħmlu l-offerta tas-smid, nixegħlu d-dawl u nippreżentaw il-ħobż.. Is-sena 188.”

It-tieni ittra (124 QK)

10“Il-Lhud ta’ Ġerusalemm u l-Lhudija, il-Kunsill tal-anzjani u Ġuda lil Aristobolu, is-surmast tas-sultan, min-nisel tal-qassisin ikkonsagrati, u lil-Lhud li hemm fl-Eġittu, sliem u saħħa!

11Meħlusin bl-għajnuna ta’ Alla minn ħafna tiġrib, aħna raddejnielu ħajr mill-aħjar li stajna, għax hu kien li tqabad għalina meta konna lesti neħduha kontra s-sultan.

12Hu kien li ħareġ ’il barra lil dawk li kienu lesti għall-ġlied fil-belt imqaddsa. u qattgħuhom bċejjeċ.

14Antijoku flimkien ma’ ħbiebu marru fil-post taparsi biex jiżżewweġ lil din alla-mara bil-ħsieb li jieħu ġidha bħala dota.

15Il-qassisin ta’ Nanija wrewh dan il-ġid; imma malli Antijoku, bi ftit nies miegħu, daħal fil-post qaddis għalqu t-tempju.

16Imbagħad fetħu bieb moħbi fis-saqaf, bdew iwaddbu l-ġebel u qatlu l-ġeneral u ’l sħabu qattgħuhom bċejjeċ, qatgħulhom rashom u waddbuhom lil dawk li kienu barra.

17Ikun imbierek Alla għal dan kollu, hu li telaq il-ħżiena għall-mewt.

18Billi aħna fil-ħamsa u għoxrin tax-xahar ta’ Kislew se niċċelebraw it-tindif tat-tempju, ħassejnieh dmir tagħna li ngħarrfukom, biex intom ukoll tagħmlu l-festa tal-Għerejjex u tan-nar li kien deher meta Neħemija kien bena t-tempju u l-artal, u kien qiegħed joffri s-sagrifiċċji., xi qassisin twajba ħadu min-nar tal-artal u ħbewh f’ħofra ta’ bir bla ilma, u ħbewh hekk tajjeb li l-post baqa’ ma ntebaħ bih ħadd.

20Meta kienu għaddew ħafna snin u għoġob lil Alla, Neħemija, mibgħut mis-sultan tal-Persja, bagħat lil xi wħud minn nisel il-qassisin, li kienu ħbewh, biex iġibu n-nar. Meta għarrfuna li n-nar ma sabuhx, imma ilma mdardar, ordnalhom jimlew u jġibu minnu.

21Meta kien kollox lest għas-sagrifiċċju, Neħemija ordna lill-qassisin biex ibixxu b’dan l-ilma l-ħatab u kulma kien hemm fuqu.

22Malli sar dan u għadda ftit tal-ħin, ix-xemx, li qabel kienet mgħottija bis-sħab, ħarġet tiddi u qabbdet ħuġġieġa, b’għaġeb ta’ kulħadd.

23Waqt li s-sagrifiċċju kien jaqbad, il-qassisin u l-oħrajn kollha, bdew jitolbu. Ġonatan kien jibda u l-oħrajn, b’Neħemija magħhom, ikomplu miegħu.

24It-talba kienet imfassla b’dan il-mod: Mulej, Mulej Alla, il-ħallieq ta’ kollox, int tal-biża’ u qawwi, ġust u ħanin, int waħdek sultan, int waħdek tajjeb,

25int waħdek tipprovdi, int waħdek ġust, int waħdek tista’ kollox u etern, int issalva lil Iżrael minn kull deni, int għażilt lil missirijietna u qaddisthom.

26Ilqa’ dan is-sagrifiċċju għall-poplu kollu tiegħek ta’ Iżrael, u ħares u qaddes lil wirtek.

30Il-qassisin imbagħad bdew ikantaw l-innijiet.

31Malli ntemm is-sagrifiċċju Neħemija ordna li jsawbu l-ilma li kien baqa’ fuq ġebel kbir.

32Malli sar dan, qabżet fjamma li nbelgħet mid-dawl li kien hemm fuq l-artal.

33Malli l-aħbar ta’ din il-ġrajja xterdet, għarrfu lis-sultan tal-Persja li fil-post fejn kienu ħbew in-nar il-qassisin li kienu tturufnati, deher l-ilma li bih Neħemija u ta’ madwaru kienu naddfu t-tagħmir għas-sagrifiċċju.

34Is-sultan, malli kien żgur minn dan, għalaq dak il-post u ddikjarah post qaddis.

35Minn dan il-post is-sultan kien idaħħal ħafna, u l-ħafna offerti li kien idaħħal is-sultan kien iqassamhom lil min kien jogħġbu.

36In-nies ta’ madwar Neħemija bdew isejħu l-post ‘Neftar’, li tfisser purifikazzjoni; imma l-kotra bdiet issejjaħlu ‘Neftaj’.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help