EŻODU 8 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 8

1Il-Mulej qal lil Mosè: “Għid lil Aron: ‘Midd idek bil-ħatar fuq ix-xmajjar, fuq is-swieqi u fuq l-għadajjar u tella’ ż-żrinġijiet għal fuq l-art tal-Eġittu.’ ”

21Il-Fargħun sejjaħ lil Mosè u ’l Aron u qalilhom: “Morru u offru sagrifiċċji lil Alla tagħkom fil-pajjiż.”

22U Mosè wieġeb: “Mhux sewwa li nagħmlu dan, għaliex ma togħġobx lill-Eġizzjani li aħna noffru s-sagrifiċċji lill-Mulej, Alla tagħna. U jekk aħna noffru xi ħaġa quddiemhom, li jistkerrhu l-Eġizzjani, ma jħaġġruniex?

23Ħalli mmorru tlitt ijiem ’il bogħod fid-deżert, u noffru s-sagrifiċċji lill-Mulej, Alla tagħna, kif jgħidilna hu.”

24U l-Fargħun wieġeb: “Jiena se nħallikom tmorru u intom toffru s-sagrifiċċji lill-Mulej, Alla tagħkom, fid-deżert. Biss tmorrux ’il bogħod wisq, u itolbu għalija.”

25U Mosè wieġeb: “Arani, jien ħiereġ minn quddiemek u nitlob lill-Mulej għalik biex id-dubbien jitlaq lill-Fargħun u l-qaddejja tiegħu u l-poplu tiegħu, għada stess. Biss il-Fargħun ma għandux ikompli jqarraq bina, billi ma jħallix il-poplu jitlaq u jmur joffri s-sagrifiċċji lill-Mulej.”

26U Mosè ħareġ minn quddiem il-Fargħun u talab lill-Mulej.

27U l-Mulej għamel kulma qallu Mosè, u d-dubbien warrab mingħand il-Fargħun, u l-qaddejja tiegħu, u minn fuq il-poplu; u lanqas waħda ma baqgħet.

28Iżda qalb il-Fargħun reġgħet twebbset din id-darba wkoll, u ma telaqx il-poplu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help