EŻODU 13 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 13Il-liġi dwar l-ulied il-kbar

1U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:

2“Ikkonsagrali l-frott kollu tal-bikri, lil kull min jitwieled l-ewwel mill-ġuf minn fost ulied Iżrael, fin-nies u fil-bhejjem, għax tiegħi hu.”Il-festa tal-Ażżmi

3U Mosè qal lill-poplu: “Ftakru f’dan il-jum, li fih ħriġtu mill-Eġittu, minn dar il-jasar. B’id qawwija ħariġkom il-Mulej minn hemm. Ma jittiekel xejn bil-ħmira.Lejn Baħar il-Qasab

17Meta l-Fargħun ħalla l-poplu jitlaq, Alla ma għaddihomx mit-triq li taqsam l-art tal-Filistin, għalkemm kienet qrib. Alla qal: “Inkella l-poplu jindem malli jiltaqa’ ma’ taqbida, u jerġa’ lura lejn l-Eġittu.”Eż 14,10-12; Num 14,1-2.

18Imma Alla dawwar il-poplu għat-triq fid-deżert lejn Baħar il-Qasab, u l-poplu ħareġ mill-art tal-Eġittu, u telgħu wlied Iżrael, imqassmin għall-ġlied, mill-art tal-Eġittu.

19U Mosè ħa miegħu l-għadam ta’ Ġużeppi, għaliex Ġużeppi kien ġiegħel lil ulied Iżrael jaħilfu li jagħmlu dan meta qalilhom: “Alla għad iżurkom, u intom għandkom iġġorru għadmi magħkom minn hawnhekk.”Ġen 50,25; Ġoż 24,32.

20U telqu minn Sukkot, u waqfu f’Etam, f’tarf id-deżert.Num 33,5-6.

21U l-Mulej binhar kien jimxi quddiemhom f’kolonna ta’ sħab biex jurihom it-triq u billejl f’kolonna tan-nar biex jagħtihom id-dawl, u b’hekk setgħu jimxu billejl u binhar.Eż 40,36-38; Num 9,15-22; Dt 1,33; Neħ 9,19; S 78,14; 105,39; Għerf 10,17-18; Is 4,5.

22U l-kolonna tas-sħab binhar u l-kolonna tan-nar billejl ma kinitx tgħib minn quddiem il-poplu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help