1Kien hemm raġel fl-art ta’ Għus jismu Ġob, raġel perfett u tajjeb, jibża’ minn Alla u mbiegħed mill-ħażen..Tiġrib u sabar ta’ Ġob
6Ġara darba li wlied Alla resqu quddiem il-Mulej, u fosthom ġie wkoll ix-Xitan. u ħatfuhom, u lill-qaddejja darbuhom b’xifer is-sejf. Bqajt jien waħdi biex ngħarrfek b’dan.”
16Kien għadu ma waqafx jitkellem dan, meta ġie ieħor jgħidlu: “Niżel nar ta’ Alla mis-sema, ħaraq l-imrieħel u l-qaddejja, u belagħhom. Bqajt jien waħdi biex ngħarrfek b’dan.”
17Kif kien għadu jitkellem, ġie ieħor jgħidlu: “Il-Kaldin niżlu fi tliet ġemgħat, u nxteħtu fuq l-iġmla u ħatfuhom, u lill-qaddejja darbuhom b’xifer is-sejf. Bqajt jien waħdi biex ngħarrfek b’dan.”
18Kif kien għadu jitkellem, ġie ieħor jgħidlu: “Uliedek, subien u bniet, kienu qegħdin jieklu u jixorbu l-inbid għand ħuhom il-kbir,
19u dlonk qam riħ qawwi min-naħa tad-deżert, u ħabat għad-dar min-naħa tal-erba’ kantunieri tagħha u waqgħet fuq iż-żgħażagħ u mietu. Bqajt jien waħdi biex ngħarrfek b’dan.”
20Imbagħad Ġob qam, ċarrat ħwejġu, qaxxar rasu, niżel wiċċu fl-art u beda jsalli u jgħid:
21“Għeri ħriġt minn ġuf ommi, għeri nerġa’ mmur hemm. Il-Mulej tani, il-Mulej ħadli: ikun imbierek isem il-Mulej.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.