ĠEREMIJA 39 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 39Il-waqgħa u l-qerda ta’ Ġerusalemm

1Fid-disa’ sena ta’ Sedekija, sultan ta’ Ġuda, fl-għaxar xahar, ġie Nabukodonosor sultan ta’ Babilonja, u l-eżerċtu tiegħu għal Ġerusalemm u assedjaha; tax-xahar, saret tiċrita fis-swar tal-belt.

3Meta ttieħdet Ġerusalemm daħlu fiha l-prinċpijiet kollha tas-sultan ta’ Babilonja u qagħdu fil-Bieb tan-Nofs: Nergalsarser, prinċep ta’ Simmagir, il-fizzjal il-kbir, u Nebusażban, fizzjal għoli, u l-bqija tal-prinċpijiet l-oħra kollha tas-sultan ta’ Babilonja.

4U ġara li malli rawhom Sedekija, sultan ta’ Ġuda, u n-nies kollha tal-eżerċtu, ħarbu u ħarġu billejl mill-belt, mit-triq ta’ ġnien is-sultan, mill-bieb ta’ bejn iż-żewġ ħitan, u qabdu t-triq tal-Għaraba.

5Imma l-eżerċtu tal-Kaldin telqulha għal warajhom, u laħqu ’l Sedekija fix-xagħri ta’ Ġeriko, qabduh u tellgħuh quddiem Nabukodonosor, sultan ta’ Babilonja, f’Ribla, fl-art ta’ Ħamat fejn is-sultan qatagħlu s-sentenza.

6U s-sultan ta’ Babilonja qatel lil ulied Sedekija f’Ribla taħt għajnejh, u qatel ukoll is-sultan ta’ Babilonja l-kbarat kollha ta’ Ġuda.

8U l-palazz tas-sultan u d-djar tal-poplu, il-Kaldin tawhom in-nar, u s-swar ta’ Ġerusalemm ġarrfuhom.

11Nabukodonosor, sultan ta’ Babilonja, lil Nebużaradan, kmandant tal-għases, dwar Ġeremija kien ordnalu u qallu:

12“Ħudu u żommu taħt għajnejk, u tagħmillu ebda ħsara, imma agħmel miegħu kif jgħidlek hu.”

15U ġiet il-kelma tal-Mulej lil Ġeremija, meta kien għadu fil-bitħa tal-għassa, u qallu:

16“Mur u għid lil Għebed-melek, il-Kusi: ‘Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti, Alla ta’ Iżrael: Arani, sa ntemm kliemi fuq din il-belt għall-ħsara tagħha u mhux għar-riżq, u dan se jseħħ taħt għajnejk stess.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help