1U Samwel kellem lill-poplu ta’ Iżrael kollu: “Araw, jien smajt minn kliemkom f’kulma għedtuli, u għamiltilkom sultan fuqkom.
4U huma wieġbu: “Int qatt ma sraqtna, u qatt ma ħqartna, u qatt ma ħadt xejn mingħandna.”
5U hu qalilhom: “Jixhed il-Mulej għalikom, u jixhed is-sultan il-midluk tiegħu li ma sibtu xejn f’idejja minn ħwejjiġkom.” U wieġbu: “Huwa xhud!”
6U Samwel qal lill-poplu: “Iva, il-Mulej kien li qajjem lil Mosè u lil Aron, u li talla’ ’l missirijietkom mill-art tal-Eġittu.
11“U l-Mulej bagħat lil Ġerub-bagħal, u lil Barak, u ’l Ġeftaħ, u ’l Samwel. U ħeliskom minn idejn l-għedewwa ta’ madwarkom, u għextu fis-sliem u fiż-żgur.Mħ 6—8.
12Meta rajtu li Naħas, is-sultan ta’ wlied Għammon, ġej għalikom, għedtuli: ‘Le! Sultan għandu jsaltan fuqna,’ filwaqt li l-Mulej, Alla tagħkom, hu s-sultan tagħkom.Mħ 8,23; 1 Sam 8,6-7.
13Araw issa s-sultan li intom ħtartu, li intom tlabtu. Araw, il-Mulej għamlilkom sultan fuqkom.1 Sam 8,7.
14Jekk intom tibżgħu mill-Mulej, u taqduh, u tisimgħu minn kliemu, u ma tmerux li jgħidilkom il-Mulej, jekk intom u s-sultan tagħkom, li jsaltan fuqkom, timxu wara l-Mulej, Alla tagħkom, intom tgħixu.
15Imma jekk ma tisimgħux minn kliem il-Mulej, u tmieru dak li jgħidilkom il-Mulej, id il-Mulej tkun fuqkom, u fuq is-sultan tagħkom.
16“U issa oqogħdu, u araw dan l-għaġeb kbir, li se jagħmel il-Mulej quddiem għajnejkom.
17Mhuwiex żmien il-ħsad illum? Jien insejjaħ il-Mulej u jibgħat ragħad u xita, u tkunu tafu u taraw x’ħażen kbir għamiltu f’għajnejn il-Mulej meta tlabtu sultan għalikom.”Eż 9,23; 1 Slat 18,1.
18U Samwel sejjaħ il-Mulej, u l-Mulej bagħat ragħad u xita dakinhar, u l-poplu baża’ ħafna mill-Mulej u minn Samwel.
19U l-poplu kollu qal lil Samwel: “Itlob għall-qaddejja tiegħek lill-Mulej, Alla tiegħek, li ma mmutux għax issuktajna nżidu ma’ ħtijietna kollha billi tlabna sultan fuqna.”
20U Samwel wieġeb lill-poplu: “La tibżgħux! Intom għamiltu dan il-ħażen kollu; madankollu twarrbux mill-Mulej, imma aqdu lill-Mulej b’qalbkom kollha.
21La ddurux għal wara l-allat fiergħa, li ma jistgħux u la jgħinukom u lanqas isalvawkom, għax huma allat foloz.Dt 32,37-39.
22Żgur li l-Mulej ma jarmix il-poplu tiegħu minħabba l-kobor ta’ ismu; għax il-Mulej għoġbu jagħmel minnkom il-poplu tiegħu.Dt 7,6; Ġer 14,21; Eżek 20,9.
23Min-naħa tiegħi, imbagħad ma jkun qatt li nidneb u ma nitlobx għalikom quddiem il-Mulej, u ma nurikomx it-triq it-tajba u s-sewwa.Eż 32,11.
24Biss ibżgħu mill-Mulej u aqduh minn qalbkom bis-sinċerità kollha. Qisu dejjem il-ħwejjeġ kbar li għamel magħkom.
25Imma jekk tagħmlu l-ħażin tinqerdu, intom u s-sultan tagħkom.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.