ŻAKKARIJA 8 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 8Il-ġid ta’ żmien il-Messija

1U ġiet il-kelma tal-Mulej tal-eżerċti u qalli:

2Hekk jgħid il-Mulej tal-eżerċti:

“Jien għajjur fuq li għajjur għal Sijon,

għajjur għaliha b’korla li ma bħalha.”

3Dan jgħid il-Mulej:

“Mill-ġdid indur lejn Sijon,

u niġi ngħammar f’nofs Ġerusalemm.

Imbagħad lil Ġerusalemm

jibdew ixandruha bħala ‘il-Belt il-fidila’,

u l-muntanja tal-Mulej tal-eżerċti

bħala ‘il-Muntanja l-qaddisa’.”

4Dan jgħid il-Mulej:

“Il-pjazez ta’ Ġerusalemm

għad jerġgħu joqogħdu fihom

ix-xjuħ, irġiel u nisa,

kulħadd bil-bastun f’idu

minħabba t-tul ta’ għomru.

5U l-pjazez tal-belt

jimtlew bi tfal subien u bniet,

jilagħbu fil-wesgħat tagħha.”

6Hekk jgħid il-Mulej tal-eżerċti:

“Jekk illum din hija ħaġa tal-għaġeb

f’għajnejn fdal dan il-poplu,

se tkun tal-għaġeb f’għajnejja wkoll?”

Oraklu tal-Mulej tal-eżerċti.

7Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti:

“Ara, jiena nsalva l-poplu tiegħi

mil-Lvant u mill-Punent,

8u nġibhom lura

biex jgħammru f’nofs Ġerusalemm;

u huma jkunu l-poplu tiegħi,

u jiena nkun Alla tagħhom,

fidil u ġust.”

9Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: “Ħa jissaħħu jdejkom, intom li f’dawn il-jiem smajtu dawn il-kelmiet li qalu l-profeti li kien hemm fi żmien it-tqegħid tas-sisien tat-tempju tal-Mulej tal-eżerċti għall-bini tas-santwarju.

14Għax dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: “Bħalma kont ħsibt li nagħmlilkom id-deni meta missirijietkom kebbsuli l-korla tiegħi, u l-ħsieb ma biddiltux,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti,Tweġiba dwar is-sawm

18U ġietni l-kelma tal-Mulej tal-eżerċti: u qalli:, u s-sawm tal-ħames u s-sawm tas-seba’ u s-sawm tal-għaxar xahar, ikun għad-dar ta’ Ġuda jiem ta’ ferħ u hena u ta’ festi sbieħ. Imma ħobbu s-sewwa u s-sliem!”Żminijiet il-Messija

20Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: “Għad jiġu popli u nies li jgħammru fi bliet kbar,

21u n-nies ta’ belt imorru għand dawk ta’ belt oħra u jgħidulhom: ‘Imxu, ejjew immorru għand il-Mulej nitolbuh ħniena u nfittxu l-Mulej tal-eżerċti; ngħid għalija, sejjer jien ukoll.’

23Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: “F’dawk il-jiem għaxart irġiel mill-ilsna kollha tal-ġnus jaqbdu Lhudi u jżommuh minn tarf il-libsa tiegħu, u jgħidulu: ‘Ħa niġu magħkom, għaliex smajna li Alla magħkom!’ ”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help