1U Salamun tħatten mal-Fargħun, sultan tal-Eġittu, u ħa lil bintu b’martu, u ġiebha fil-belt ta’ David sakemm temm jibni daru, u dar il-Mulej, u s-swar madwar Ġerusalemm.Salamun jitlob l-għerf
3Salamun kien iħobb il-Mulej, u kien jimxi skont il-preċetti ta’ David missieru, imma huwa wkoll kien joffri s-sagrifiċċji u l-inċens fis-santwarji.
4U mar is-sultan f’Gibgħon joffri s-sagrifiċċji hemm, għax fost is-santwarji dak kien l-aqwa wieħed. Salamun offra elf offerta tal-ħruq fuq dak l-artal.
10Il-Mulej ħa gost li Salamun talab dil-ħaġa.
11Għalhekk qallu Alla: “Ladarba tlabt din il-ħaġa, u ma tlabtnix għomor twil, jew għana, jew il-ħajja tal-għedewwa tiegħek - iva, talli tlabt li tagħraf tifhem kif għandek tmexxi -
12hawn jien se nagħmel kif għedt int. Qed nagħtik moħħ għaref u għaqli, hekk li ħadd qablek ma kien hawn bħalek, u anqas warajk ma jkun hawn.Il-ġudizzju ta’ Salamun
16Darba ġew żewġ nisa żienja għand is-sultan u resqu quddiemu.
17Waħda minnhom qaltlu: “Jekk jogħġbok, Sidi! Jien u din il-mara noqogħdu f’dar waħda, u wlidt magħha fid-dar.
18Ġara li fit-tielet jum wara l-ħlas tiegħi, wildet din ukoll; u konna weħidna, ma kien hemm ħadd barrani magħna fid-dar, imma aħna t-tnejn weħidna;
19u t-tarbija ta’ din il-mara mietet billejl, għax hi raqdet fuqha.
20U qamet matul il-lejl, u ħadet lil ibni minn ħdejja, waqt li l-qaddejja tiegħek kienet rieqda; u medditu fi ħdanha, u ’l binha mejjet medditu fi ħdani.
21U mas-sebħ qomt inredda’ lil ibni, u nsibu mejjet; imma xħin ħarist sewwa lejh filgħodu, insib li ma kienx ibni li kont ulidt.”
22Imma l-mara l-oħra qalet: “Le! Ibni l-ħaj u ibnek il-mejjet.” U l-oħra wieġbet: “Le! Ibnek il-mejjet, u ibni l-ħaj!” U hekk baqgħu sejrin jitlewmu quddiem is-sultan.
23U s-sultan qalilhom: “Din qiegħda tgħid ‘Dan hu ibni, il-ħaj; u ibnek, il-mejjet’; u din twieġeb: ‘Le, ibnek il-mejjet; u ibni l-ħaj.”
24U ssokta jgħid is-sultan: “Newluli xabla.” U newlulu xabla;
25u s-sultan qal: “Aqsmu t-tarbija l-ħajja fi tnejn, u agħtu nofs lil waħda, u nofs lill-oħra.”
26U l-mara li binha kien il-ħaj ħasset il-ġewwieni tagħha jitqanqlu minħabba binha, u qabżet u qaltlu: “Jekk jogħġbok, sidi, agħtuha t-tarbija l-ħajja, u la toqtluhiex.” Imma l-oħra qalet: “La tkun tiegħi, u lanqas tiegħek, aqsmuha!”
27U s-sultan wieġeb u qal: “Agħtuha t-tarbija l-ħajja, u la toqtluhiex; għax dik hi ommha.”
28U Iżrael kollu sama’ bil-ġudizzju li kien ta s-sultan, u bdew jibżgħu mis-sultan għax raw li fih kellu l-għerf ta’ Alla biex jagħmel il-ħaqq.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.