1Tixtieqx kotra ta’ wlied ma jiswew għal xejn,
tifraħx bi tfal bla biża’ ta’ Alla.
2Jekk joktru, tifraħx bihom,
jekk mhux fuqhom il-biża’ ta’ Alla.
3Tkunx żgur mill-ħajja tagħhom,
u toqgħodx fuq il-kotra tagħhom,
għax wieħed aqwa minn elf;
aħjar tmut bla tfal
milli jkollok ulied bla biża’ ta’ Alla.
4Għax bniedem għaqli jimla belt bin-nies,
imma b’ġens ta’ midinbin issir ħerba.
5Għajnejja raw ħafna minn dawn il-ħwejjeġ,
u widnejja semgħu aqwa minn hekk.
6Fil-laqgħa tal-midinbin jaqbad in-nar,
u fost ġens li ma jobdix tixgħel il-qilla.
7Xejn ma swielhom quddiem Alla l-ġganti tal-qedem
li, għax b’saħħithom, qamu għalih.
8Ma ħelishiex lin-nies ta’ fejn mar joqgħod Lot,
u stkerrahhom għax kienu mimlijin bihom infushom.
9Ma kellux ħniena minn ġens mitluq għall-qerda,
minn dawk li nqerdu fi dnubiethom,
10bħalma lanqas mis-sitt mitt elf ruħ li kienu miexja,
minn dawk li ngħaqdu flimkien fl-ebusija ta’ qalbhom.
11U jekk hemm wieħed rasu iebsa,
hi ħaġa tal-għaġeb jekk jeħlisha bla kastig;
għax ħniena u għadab huma għand il-Mulej;
għandu s-setgħa li jaħfer u li jsawwab qilltu.
12Daqs kemm hi kbira ħnientu,
daqshekk ieħor hu kbir twiddibu;
jagħmel ħaqq mill-bniedem skont għemilu.
13Il-midneb ma jaħrabx b’dak li jkun ħataf,
u sabar it-twajjeb ma jisfax fix-xejn.
14Hu jagħmel il-wisa’ għal kull xorta ta’ ħniena,
u kulħadd jitħallas skont għemilu.
15 Il-Mulej webbes ras il-Fargħun biex ma jagħrfux,
biex hekk isir magħruf dak li għamel mis-sema ’l isfel.
16 Ħnientu tidher lill-ħolqien kollu,
u fired bil-qjies id-dawl u d-dlam.
Il-ħlas ċert17Tgħidx: “Ninħeba mill-Mulej;
mill-għoli min se jarani?
F’kotra nies ma jagħrfunix,
għax jien min jien fil-firxa bla qjies tal-ħolqien?
18Ara, is-smewwiet u l-ogħla smewwiet,
l-abbiss u l-art, jitriegħdu fiż-żjara tiegħu.
19L-għoljiet ukoll u sisien l-art
jitheżżu bit-tregħid meta jħares lejhom.
20Imma l-bniedem mhux moħħu f’dawn il-ħwejjeġ,
u triqatu min joqgħod jaħseb fuqhom?
21U bħal riefnu li l-bniedem ma jarahx,
il-kotra tal-għemejjel tiegħu huma mistura.
22“Għax l-għemejjel tal-ġustizzja tiegħu, min se jxandarhom?
U min se joqgħod jistenniehom? Għax il-patt għadu ’l bogħod.”
23Hekk jifhimha minn moħħu ma jagħtihx,
u ta’ iblah jaħsibha min hu
bla sens u barra minn triqtu.
Post il-bniedem fil-ħolqien24Ismagħni, ibni, ħa titgħallem,
u jkollok kliemi għal qalbek.
25It-tagħlim tiegħi nagħtih bil-qjies,
u dak li naf inxandru bir-reqqa.
26Xogħlijiet il-Mulej kienu mill-bidu għax hu ħalaqhom,
u mindu għamilhom qassmilhom sehemhom.
27Qiegħed f’ordni li jibqa’ għal dejjem kulma għamel,
u qatagħha fejn għandhom jaħkmu għan-nisel ta’ warajhom;
la jeħodhom il-ġuħ u lanqas jegħjew,
u ma jiqfux minn xogħolhom.
28Ma jrossux fuq xulxin biex wieħed jaqla’ ’l-ieħor,
u kelmtu qatt ma jiksruha.
29Wara dan il-Mulej ħares fuq l-art,
u mlieha b’ġidu.
30Kesa wiċċ l-art b’kull xorta ta’ ħlejjaq ħajjin,
u dawn jerġgħu lura lejha.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.