EŻEKJEL 37 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 37Il-qawmien tal-poplu ta’ Alla

1U ġiet fuqi id il-Mulej u ħaditni fl-ispirtu tal-Mulej u qegħditni f’nofs il-wied. Dan kien miżgħud bl-għadam.

11U qalli: “O bniedem, dan l-għadam huwa d-dar kollha ta’ Iżrael. Ara, huma jgħidu: ‘Nixef għadamna, it-tama tagħna għabet, inqridna għalkollox.’

12Għalhekk ħabbrilhom u għidilhom: Hekk qal Sidi l-Mulej: Ara, jiena niftaħ l-oqbra tagħkom, poplu tiegħi, u nġibkom lura f’art Iżrael.

13Imbagħad tkunu tafu li jiena l-Mulej, meta niftaħ l-oqbra tagħkom u ntellagħkom mill-oqbra tagħkom, poplu tiegħi.

14U jiena nqiegħed ruħi fikom, u terġgħu tieħdu l-ħajja.

Inqegħedkom f’artkom u tkunu tafu li jiena l-Mulej. Hekk għedt, u hekk nagħmel, oraklu tal-Mulej.”L-għaqda bejn Iżrael u Ġuda

15U ġietni l-kelma tal-Mulej, u qalli:

16“O bniedem, ħu biċċa injama u ikteb fuqha, ‘Għal Ġuda u għal ulied Iżrael li hemm miegħu.’ Imbagħad ħu biċċa oħra u ikteb fuqha, ‘Għal Ġużeppi, il-ħatar ta’ Efrajm, u għad-dar kollha ta’ Iżrael li hemm miegħu.’

17“Imbagħad ressaqhom lejn xulxin biex jingħaqdu f’injama waħda f’idejk.

18U meta wlied il-poplu tiegħek ikellmuk u jgħidulek, ‘Ma tfissrilniex xi trid tgħid b’dan?’

19għidilhom: Dan jgħid il-Mulej Sidi: Araw, se nieħu l-ħatar ta’ Ġużeppi, li hemm f’id Efrajm, u t-tribujiet ta’ Iżrael li hemm miegħu, u nqiegħed miegħu l-ħatar ta’ Ġuda u nagħmilhom ħatar wieħed, biex isiru ħaġa waħda f’idi.’

20“Żomm f’idek quddiem għajnejhom iż-żewġ injamiet li fuqhom ktibt,

21u għidilhom: ‘Dan jgħid Sidi l-Mulej: Araw, se nieħu lil ulied Iżrael minn fost il-ġnus fejn marru, niġmagħhom minn kull naħa u nġibhom f’arthom.

22U nagħmilhom ġens wieħed fil-pajjiż, fuq il-muntanji ta’ Iżrael; sultan wieħed ikun is-sultan tagħhom ilkoll. Ma jibqgħux iżjed żewġt iġnus, ma jibqgħux iżjed maqsuma f’żewġ saltniet.Ġer 3,18.

23Ma jitniġġsux aktar bl-allat foloz u l-ħwejjeġ moqżieża tagħhom, u b’ebda dnub ieħor minn tagħhom. Jien għad insalvahom mid-dnubiet li firduhom minni, jiena nsaffihom; u huma jkunu għalija l-poplu tiegħi, u jiena nkun għalihom Alla tagħhom.

24“Il-qaddej tiegħi David ikun is-sultan tagħhom, u huma lkoll ikollhom ragħaj wieħed fuq kulħadd. Huma jimxu fuq il-preċetti tiegħi, u jħarsu l-liġijiet tiegħi u jżommuhom.Ġer 23,5; 33,15; Eżek 34,23; Ġw 10,16.

25U jgħammru fl-art li jien kont tajt lill-qaddej tiegħi Ġakobb, l-art li fiha għammru missirijiethom; jgħammru fiha huma u wliedhom u wlied uliedhom għal dejjem. U l-qaddej tiegħi David ikun il-prinċep fuqhom għal dejjem.Ġer 17,25; Eżek 28,26; Ġoel 4,20.

26Nagħmel magħhom patt ta’ sliem, ikun patt magħhom għal dejjem; inwettaqhom u nkattarhom, u nqiegħed fosthom għal dejjem is-santwarju tiegħi.S 110,4; Ġer 31,31.

27Fosthom tkun l-għamara tiegħi, u jiena nkun Alla tagħhom, u huma jkunu l-poplu tiegħi.Eż 25,8; 29,45; Lev 26,12; Ġer 31,1; 2 Kor 6,16; Apk 21,3.

28Imbagħad jagħrfu l-ġnus li jiena l-Mulej li nqaddes lil Iżrael, meta s-santwarju tiegħi jkun fosthom għal dejjem.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help