1Nitolbok bil-ħerqa, quddiem Alla u Kristu Ġesù, li għandu jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, f’isem id-Dehra tiegħu u s-Saltna tiegħu:Rakkomandazzjonijiet
9Fittex ejja ħdejja malajr.
10Dema ħabb aktar lid-dinja, u ħallieni, u mar it-Tessalonika; Krexxens mar il-Galazja, Titu d-Dalmazja.2 Kor 8,23; Gal 2,3; Kol 4,14; Tit 1,4; Film 24.
11Luqa waħdu baqa’ miegħi. Ħu ’l Marku u ġibu miegħek, għax hu jiswieli ħafna għall-ministeru.Atti 12,12-25; 13,13; 15,37-39; Kol 4,10-14; Film 24.
12Lil Tikiku bgħattu Efesu.Atti 20,4; Ef 6,21-22; Kol 4,7-8.
13Meta tiġi, ġibli miegħek il-mantar li jien ħallejt fi Troas għand Karpu; ġib ukoll il-kotba, l-aktar il-parċmini.Atti 20,6.
14Alessandru l-brunżar għamilli ħafna ħsara; il-Mulej iħallsu skont ma għamel.2 Sam 3,39; S 28,4; 62,12; Prov 24,12; Rum 2,6; 1 Tim 1,20.
15Oqgħod attent minnu int ukoll, għax huwa fixkel ħafna l-kliem tagħna.
16Fl-ewwel difiża tiegħi ħadd ma kien miegħi; kulħadd ħallieni. Jalla ma jkunx magħdud kontrihom!2 Tim 1,15.
17Imma l-Mulej waqaf miegħi u tani l-qawwa biex bis-saħħa tiegħi l-kelma tixxandar sal-aħħar u l-ġnus kollha jisimgħuha. Hekk jien sfajt meħlus minn ħalq l-iljun.S 22,21; Dan 6,21; 1 Mak 2,60; Atti 23,11; 27,33.
18Il-Mulej jeħlisni minn kull deni u jħarisni, sa ma nasal fis-saltna tiegħu tas-sema. Glorja lilu għal dejjem ta’ dejjem! Ammen.
19Sellili għal Priska u għal Akwila u għall-familja ta’ Onesiforu.Atti 18,2; 2 Tim 1,16-17.
20Erastu baqa’ Korintu, u ’l Trofimu ħallejtu marid f’Miletu.Atti 19,22; 20,4; 21,29; Rum 16,23.
21Fittex ejja qabel ma tidħol ix-xitwa. Isellu għalik Ewbolu, Pudens, Linu, Klawdja u l-aħwa kollha.
22Il-Mulej miegħek. Il-grazzja magħkom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.