ŻAKKARIJA 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2It-tieni dehra: il-qrun u l-ħaddieda

1Imbagħad erfajt għajnejja u ħarist, u ara, kien hemm erbat iqrun.

2U jiena għedt lill-anġlu li kien kellimni: “Dawn x’inhuma?” U hu weġibni: “Dawn huma l-qrun li xerrdu lil Ġuda, lil Iżrael u ’l Ġerusalemm”..

4“Dawn x’ġejjin jagħmlu?” għedt jien. U hu wieġeb u qal: “Dawn huma l-qrun li xerrdu ’l Ġuda, hekk li ħadd ma rafa’ rasu; u dawn ġew biex ibeżżgħuhom, ħalli jkeċċu l-qrun tal-ġnus li refgħu qrunhom għall-art ta’ Ġuda biex ixerrduha.”It-tielet dehra: il-kejjiel

5Imbagħad erfajt għajnejja u ħarist, u ara kien hemm raġel li f’idu kellu ħabel biex iqis.Żewġ sejħat lill-itturufnati

10Isaw! Isaw!

Aħirbu mill-art tat-Tramuntana,

oraklu tal-Mulej,

għax jien ferrixtkom

mal-erbat irjieħ tas-sema,

oraklu tal-Mulej.

11Isa, Sijon, aħrab,

int li tgħammar f’Babilonja!

12Għax hekk qal il-Mulej tal-eżerċti,

wara li l-Glorja tiegħu bagħtitni

għand il-ġnus li ħatfulkom kollox;

għax min imiss lilkom

imiss il-mimmi ta’ għajnejh:

13“Ara, se nerfa’ idi fuqhom,

u jsiru priża tal-ilsiera tagħhom.”

U intom tagħrfu

li l-Mulej tal-eżerċti bagħatni.

14Għajjat bil-ferħ u infexx fl-hena,

bint Sijon,

għaliex arani ġej

biex ngħammar f’nofsok,

oraklu tal-Mulej,

15u kotra kbira ta’ ġnus

jingħaqdu dakinhar mal-Mulej;

u huma jkunu l-poplu tiegħi.

U jiena ngħammar f’nofsok;

imbagħad inti tagħraf

li l-Mulej tal-eżerċti bagħatni għandek.

16U l-Mulej jieħu ’l Ġuda

bħala sehmu mill-wirt fl-Art Imqaddsa,

u jerġa’ jaħtar lil Ġerusalemm!

17Żommu s-skiet quddiem il-Mulej,

intom il-ħajjin ilkoll,

għax stenbaħ mill-għamara mqaddsa tiegħu!

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help