GĦAMOS Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC
Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebGħamos kien ragħaj minn Tekugħa fis-Saltna ta’ Ġuda. Ma kienx imrawwem biex ikun profeta u s-sejħa ta’ Alla li bagħtu jwassal il-kelma tiegħu f’Iżrael, ġiet bla mistennija. Għamos telaq minn daru u mar iħabbar f’Betel fis-saltna tat-Tramuntana.Kien żmien ta’ ekonomija tajba f’Iżrael fis-snin tal-Profeta Għamos, għall-ħabta ta’ 786 u 746 QK. Ġara, però, li n-nies li saru sinjuri, bdew jużaw is-setgħa li kisbu biex jaħqru lill-foqra u jagħmluhom ilsiera.Għamos, l-ewwel ma għamel kien li ħareġ jikkundanna l-aġir tas-sinjuri, li mitlufin fil-għana tagħhom xejn ma qiesu l-ħtiġiet tal-oħrajn. Hu wissiehom dwar l-użu ħażin tal-flus u l-poter tagħhom.Il-poplu kien qed iqim lil allat oħra flimkien mal-qima merfugħa għal Alla ta’ missirijiethom. B’hekk, għal darb’oħra, kienu qed jiksru l-patt. Għamos wissiehom li dan kien se jġib fuqhom il-kastig, u ħeġġiġhom jagħżlu lil Alla mill-ġdid.Obogħdu d-deni u ħobbu l-ġid,saħħu l-ġustizzja f’bieb il-belt;U l-Mulej Alla tal-eżerċtigħandu mnejn iħenn għal fdal Ġużeppi (5,15).It-taqsim tal-ktiebĠudizzju fuq il-popli ta’ madwar Iżrael (1,1—2,5)Ġudizzju fuq Iżrael (2,6—6,14)Ħames dehriet (7,1—9,15)