1U għajjat f’widnejja b’leħen qawwi u qal: “Ersqu intom li se tikkastigaw il-belt, kull wieħed minnkom bl-armi qerrieda f’idu.”
2U ara, jersqu sitt irġiel min-naħa tal-bieb ta’ fuq, li jħares lejn it-Tramuntana, kull wieħed minnhom bl-armi f’idu biex ifarrak. F’nofshom kien hemm raġel ieħor liebes l-għażel u kellu fuq ġenbu l-meħtieġ għall-kitba. Dawn l-irġiel marru u qagħdu ħdejn l-artal tal-bronż.
3U l-glorja ta’ Alla ta’ Iżrael intrefgħet ’il fuq mill-kerubini, għax kienet fuqhom, u marret fid-daħla tat-tempju. fuq ġbin dawk li ssibhom jitniehdu u jitbikkew minħabba l-qżiżijiet kollha li jsiru fiha.”
U huma bdew mix-xjuħ li kien hemm quddiem it-tempju.
7U qalilhom: “Ipprofanaw it-tempju, imlew il-btieħi tiegħi bil-maqtulin. Oħorġu!” U huma ħarġu u bdew joqtlu fil-belt.
8Kif kienu joqtlu fil-belt, jien bqajt waħdi, u nxtħett għal wiċċi fl-art, u għajjatt: “Ah! Sidi Mulej! Int se teqred il-fdal ta’ Iżrael, inti u ssawwab l-għadab tiegħek fuq Ġerusalemm?”Is 4,3; 6,11; Eżek 11,13; Għam 7,2-5.
9U qalli: “Il-ħażen tad-dar ta’ Iżrael u ta’ Ġuda hu kbir ħafna, bla qjies, il-pajjiż kollu mimli dmija, il-belt tfur bil-ħażen, għax huma jgħidu: ‘Il-Mulej telaq il-belt, il-Mulej ma jarax.’Eżek 24,9.
10Mela jiena wkoll ma nagħdirx, ma nurix ħniena. Nitlob minn għandhom il-ħlas ta’ għemilhom.”S 10,11; Eżek 8,12.
11U r-raġel liebes l-għażel, li kellu l-meħtieġ għall-kitba fuq ġenbu, ġie b’dan il-messaġġ: “Għamilt dak li ordnajtli.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.