1Għall-mexxej tal-kor. Salm ta’ David.
2Mulej, għal dejjem se tinsieni?
Kemm se ddum taħbi wiċċek minni?
3Kemm se ndum b’qalbi ttaqtaq,
bl-imrar kuljum f’qalbi?
Kemm se jdum jintrefa’ l-għadu fuqi?
4Ħares u weġibni, Mulej, Alla tiegħi,
agħti d-dawl lil għajnejja,
li ma naqax fir-raqda tal-mewt;
5li ma jgħidx l-għadu tiegħi: “Għelibtu!”,
li ma jifirħux l-għedewwa għax jarawni nogħtor.
6Imma jien fit-tjieba tiegħek nitma,
tifraħ qalbi għall-għajnuna tiegħek.
Ngħanni lill-Mulej għall-ġid li għamilli.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.