1Wara dan ġara li Nabot, raġel minn Ġeżragħel, kellu għalqa tad-dwieli f’Ġeżragħel ħdejn il-palazz ta’ Aħab, sultan ta’ Samarija.
2U Aħab qal lil Nabot: “Agħtini l-għalqa tiegħek tad-dwieli biex nagħmel minnha ġnien tal-ħxejjex billi qiegħda maġenb dari. Flokha nagħtik għalqa oħra tad-dwieli aħjar minnha; jew, jekk jidhirlek li jkun aħjar, nagħtik flus b’kemm tiswa.”
3Iżda Nabot wieġeb lil Aħab: “Iħarisni l-Mulej milli qatt nagħtik wirt missirijieti!”
4Aħab mar id-dar bil-buli u b’dagħdigħa fuqu minħabba fil-kliem li Nabot, il-Ġeżragħeli, kien qallu: “Ma nagħtikx wirt missirijieti.” Mar jimtedd f’soddtu, dawwar wiċċu u ma kiel xejn..”
27Aħab, malli sama’ dan il-kliem, ċarrat ħwejġu, libes xkora fuq il-laħam, sam, beda jorqod bl-ixkora fuqu, u kien jgħaddi ħiemed ħiemed.
28U Alla kellem lil Elija, it-Tisbi, u qallu:
29“Rajt kif Aħab iċċekken quddiemi? Għax iċċekken quddiemi, ma nġibx fuqu l-ħsara fi żmienu; imma fi żmien ibnu nġibha l-ħsara fuq il-familja tiegħu.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.