ŻAKKARIJA 10 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 10Fedeltà lejn il-Mulej

1Itolbu x-xita mingħand il-Mulej

meta tkun qorbot fl-aħħar:

il-Mulej li jagħmel il-beraq,

li jagħtihom il-ħalbiet tax-xita,

lill-bniedem il-ħaxix tar-raba’.

2Għax allat djarhom jgħidu kliem fieragħ;

dawk li jħabbru kellhom dehriet qarrieqa,

ifissru ħolm mhux minnu,

u għalxejn ifittxu jfarrġu.

Minħabba f’hekk tferrex bħal merħla l-poplu,

imsieken, għax m’għandhomx ragħaj.Iżrael meħlus jitraġġa’ lura

3“Xegħlet il-korla tiegħi għar-rgħajja,

u se nikkastiga lill-kapijiet.

Iva, il-Mulej tal-eżerċti jieħu ħsieb il-merħla tiegħu,

li hi d-dar ta’ Ġuda,

u jagħmilha bħal żiemel glorjuż tiegħu fit-taqbida.

4Minnha toħroġ il-ġebla tax-xewka, minnha l-puntal,

minnha l-qaws tat-taqbid, minnha kull kap.

5Flimkien ikunu bħal gwerrier

li jgħaffġu fit-tajn tat-toroq fit-taqbid,

jissaraw għax il-Mulej magħhom,

u r-rikkieba taż-żwiemel jitħawdu.

6Insaħħaħ dar Ġuda,

insalva dar Ġużeppi,

u nerġa’ nġibhom lura,

għaliex ħennejt għalihom;

u jkunu bħalkieku qatt ma ċħadthom,

għax jiena l-Mulej, Alla tagħhom,

u nagħtihom dak li talbuni.

7Imbagħad isir Efrajm bħal gwerrier qalbieni,

tithenna qalbhom bħalkieku bl-inbid;

uliedhom jaraw u jithennew,

u qalbhom tifraħ fil-Mulej.

8U nsaffrilhom biex niġmagħhom,

għax jiena fdejthom,

u jsiru kotrana bħalma kienu.

9Ukoll jekk xerridthom fost il-ġnus,

iżda mill-artijiet imbiegħda jibqgħu jiftakruni,

u jrabbu ’l uliedhom u jerġgħu lura.

10Nerġa’ nġibhom mill-art tal-Eġittu,

u niġmagħhom mill-Assirja;

indaħħalhom fl-art ta’ Gilgħad u fil-Libanu

u ma jinstabx wisa’ biżżejjed għalihom.

11Għad jaqsmu l-baħar tal-Eġittu,

u hu jraġġa’ lura ħalel il-baħar,

u jitnixxfu qigħan in-Nil.

Jitwaqqa’ t-tkabbir tal-Assirja,

lill-Eġittu jitneħħielu x-xettru.

12Inqawwihom fil-Mulej,

f’Ismu jkun il-ftaħir tagħhom,”

oraklu tal-Mulej.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help