ĠEREMIJA 37 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 37Sedekija u l-Profeta

1Kien isaltan is-sultan Sedekija bin Ġosija minflok Konija bin Ġeħojakim, li kien għamlu sultan fuq l-art ta’ Ġuda Nabukodonosor is-sultan ta’ Babilonja.

6U ġiet il-kelma tal-Mulej lil Ġeremija l-profeta u qallu:

7“Dan jgħid il-Mulej, Alla ta’ Iżrael: Dan għandkom tgħidulu lis-sultan ta’ Ġuda, li bagħatkom għandi tistħarrġuni: Ara l-eżerċtu tal-Fargħun, li ħareġ biex jgħinkom, se jerġa’ lura lejn pajjiżu fl-Eġittu;

9Dan jgħid il-Mulej: “La titqarrqux u tgħidu: ‘Jitilqu żgur minn madwarna l-Kaldin’, għax ma jitilqux.

10Lanqas jekk tkissru l-eżerċtu kollu tal-Kaldin, li qegħdin jaħbtu għalikom, u jibqa’ minnhom biss miġruħin, kull wieħed fit-tinda tiegħu, dawn iqumu u ’l din il-belt jagħtuha n-nar.”

18U Ġeremija qal ukoll lis-sultan Sedekija: “Fiex inqast jien kontra tiegħek, jew kontra dan il-poplu, biex xħettuni l-ħabs?

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help