ĠOB 25 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 25Tweġiba ta’ Bildad

1U Bildad minn Suħa wieġeb:

2“X’kobor ta’ setgħa għandu

u x’biża’ jnissel Alla

li jżomm l-ordni fl-ogħla smewwiet tiegħu!

3Min jista’ jgħoddhom l-eżerċti tiegħu?

U ’l min ma tilħaqx l-għassa tiegħu?

4Kif jista’ l-bniedem joħroġ ġust quddiem Alla?

Kif jista’ jkun safi l-imwieled minn mara?

5Anqas il-qamar ma jiddi għalih,

u f’għajnejh il-kwiekeb mhumiex safja;

6wisq inqas il-bniedem li hu ħanex,

bin il-bniedem, li mhux għajr dudu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help