ĠEREMIJA 12 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 12L-ilmenti tal-Profeta

1Ikollok raġun int, Mulej, meta niddiskuti miegħek;

imma rrid inħaqqaqha miegħek:

Għaliex il-ħżiena jgawdu r-riżq,

u l-ħatjin kollha jgħixu fis-sliem?

2Tħawwilhom u jniżżlu l-għeruq,

jikbru u jagħmlu l-frott.

Int qrib fuq fommhom,

imma ’l bogħod minn qalbhom.

3Int, Mulej, tafni u tarani,

u tiflili qalbi.

Iġbidhom bħal nagħaġ għall-mewt,

żommhom għall-qatla.

4Kemm se ddum tinkedd l-art,

u l-ħaxix jinxef fir-raba’?

Minħabba l-ħażen ta’ min jgħammar fiha,

imutu l-bhejjem u t-tjur.

Għax huma jgħidu: “Ma jarax l-imġiba tagħna.”

5“Jekk tegħja tiġri ma’ rġiel jiġru,

kif se ttellaq maż-żwiemel?

Jekk int tintreħa f’art is-sliem,

x’se tagħmel fil-masġar tal-Ġordan?

6Imqar ħutek, dar missierek,

dawn ukoll iqarrqu bik;

dawn ukoll jgħajtu warajk bis-sħiħ,

tafdahomx meta jkellmuk bi kliem sabiħ.

7Ħallejt ’il dari, tlaqt ’il wirti,

ħallejt l-għaxqa ta’ qalbi f’idejn l-għedewwa tagħha.

8Għax wirti sar għalija bħal iljun fil-masġar:

għolla leħnu għalija u jien għalhekk nobogħdu.

9Għasfur ta’ lewn imżewwaq hu wirti għalija,

imdawwar mill-isqra minn kullimkien!

Ejjew inġemgħu, bhejjem kollha tax-xagħri,

ejjew għall-ikla!

10Ħafna rgħajja ħarbtu l-għalqa tad-dwieli tiegħi,

għaffġu fuq il-wirt tiegħi,

għamlu ħerba li twaħħax l-għalqa,

li kienet l-għaxqa tiegħi.

11Ħartuha u għamluha tbikkik quddiemi;

il-pajjiż kollu sar ħerba u ħadd ma jimpurtah.

12Fuq l-għoljiet għerja kollha tad-deżert ġew il-qerrieda,

għax il-Mulej għandu sejf qerriedi;

minn tarf sa tarf tal-art

ma hemmx sliem għal ebda ħaj.

13Żergħu l-qamħ u ħasdu x-xewk;

tħabtu għal xejn; jistħu mill-ħsad tagħhom,

minħabba l-qilla ta’ għadab il-Mulej.”

14Dan jgħid il-Mulej kontra l-ġirien ħżiena tiegħi, li messew il-wirt li jien tajt lill-poplu tiegħi Iżrael: “Arawni, se naqlagħhom minn arthom u d-dar ta’ Ġuda se naqlagħha minn nofshom.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help