1 Dakinhar is-sultan Assweru għadda lis-sultana Ester il-ġid kollu ta’ Ħaman, l-għadu tal-Lhud, u Mordekaj resaq quddiem is-sultan għax Ester għarrfitu li jiġi minnha.
2 Is-sultan imbagħad neħħa ċ-ċurkett li kien ħa minn Ħaman, u tah lil Mordekaj, u Ester qiegħdet lil Mordekaj fuq il-ġid ta’ Ħaman.It-tieni digriet ta’ Assweru
3 Ester reġgħet kellmet lis-sultan, u nxteħtet f’riġlejh, bkiet u talbitu bil-ħniena biex isewwi l-ħsara li kien għamel Ħaman, l-Agagi, u jħassar il-pjan li kien fassal kontra l-Lhud.
4 U s-sultan medd ix-xettru tad-deheb lejn Ester, u qamet u baqgħet bilwieqfa quddiem is-sultan
5 u qaltlu: “Jekk jogħġob lis-sultan, u jien sibt grazzja quddiemu, u jekk jidhirlu li hi ħaġa xierqa, u jien għoġobtu, ħa toħroġ ordni biex jitreġġgħu lura l-ittri miktuba minnu bit-tnassis ta’ Ħaman bin Ħammedata, l-Agagi, għall-qerda tal-Lhud, li joqogħdu f’kemm hemm provinċji tas-sultan.
9 U sejħu lill-iskribi tas-sultan dak il-ħin stess, fit-tielet xahar, ix-xahar ta’ Siwan, fit-tlieta u għoxrin tax-xahar, u kitbu kulma ordna Mordekaj lil-Lhud, lis-satrapi, u lill-gvernaturi u lill-uffiċjali ta’ kull provinċja mill-Indja sa Kus, il-mija u sebgħa u għoxrin li huma, lil kull provinċja bil-kitba tagħha, u lil kull poplu b’ilsienu, u lil-Lhud bil-kitba u l-ilsien tagħhom.
10 U l-kitba saret f’isem is-sultan Assweru, u kienet issiġillata bis-siġill tas-sultan; u l-ittri ntbagħtu permezz ta’ kurrieri biż-żwiemel tal-ġiri mrobbija fl-istalel tas-sultan, żwiemel tar-razza.
11 Permezz ta’ dawn l-ittri s-sultan ta l-permess lil-Lhud li jinsabu f’kull belt biex jinġabru u jiddefendu ħajjithom billi jeqirdu, joqtlu u jġibu fix-xejn l-irġiel armati, bit-tfal u n-nisa tagħhom, ta’ kull poplu u provinċja li jaħbtu għalihom, u jaqbdulhom ġidhom bi priża;.
38 38 Il-kurrieri telqu mgħaġġla b’ħeffa kbira, skont l-ordni tas-sultan, riekba fuq iż-żwiemel tal-ġiri, żwiemel tas-sultan. Id-digriet kien imxandar ukoll fiċ-ċittadella ta’ Susa.
39 39 Mordekaj ħareġ minn quddiem is-sultan liebes l-ilbies ta’ sultan, kulur vjola u abjad, u b’kuruna kbira tad-deheb u mantell tal-għażel fin u l-porpra; il-belt ta’ Susa kienet kollha għajjat u ferħ.
40 40 U fuq il-Lhud feġġ dawl u ferħ, hena u ġieħ.
41 41 U f’kull provinċja u f’kull belt, kull fejn ixxandar id-digriet u l-ordni tas-sultan, il-Lhud ferħu u thennew, kielu u għamlu festa. U ħafna mill-ġnus saru Lhud, għax beżgħu minnhom.
Kapitlu EWho We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.