1Bil-vjola, imbagħad, bil-porpra u bl-iskarlatt, ħadem l-ilbies tas-servizz biex iservu fis-santwarju; għamlu lbies sagru għal Aron kif kien ordna l-Mulej lil Mosè.Eż 31,10.
2Għamel l-efod mid-deheb, vjola, porpra u skarlatt, u għażel mibrum.Eż 28,6-38.
3Għamel id-deheb f’folji rqaq u qatagħhom fi ħjut, biex jaħdmuhom mal-vjola, il-porpra u l-iskarlatt, u l-għażel mibrum fin: xogħol ta’ wieħed tas-sengħa.
4Għalih għamlu wkoll bċejjeċ jinqaflu għall-ispallejn. Kienu jinqaflu wkoll fiż-żewġt itruf tiegħu.
5U għamlu l-faxxa li kienet tgħaddi minn fuqu biex iżżommu f’postu, tal-istess xogħol tad-deheb u l-vjola, porpra u skarlatt, u għażel minsuġ fin, bħalma l-Mulej kien ordna lil Mosè.
6Ħadmu l-ħaġar tal-oniċi, għalquhom fi dwawar tad-deheb, u naqqxuhom bħalma jnaqqxu ċ-ċrieket, għall-ismijiet ta’ wlied Iżrael.
7Qegħduhom fuq iż-żewġ bċejjeċ tal-efod, ġawhar għat-tifkira ta’ wlied Iżrael, bħalma l-Mulej kien ordna lil Mosè.
Il-pettoral8U għamel il-pettoral, bħax-xogħol tal-efod, xogħol tad-deheb, vjola, porpra u skarlatt, u għażel fin.
9Kien kwadru, mitwi fi tnejn, twil xiber u ieħor wiesa’.
10Waħħlu fih erba’ indani ħaġar prezzjuż: fl-ewwel indana qiegħdu: sardju, topazju u żmerald.
11Fit-tieni indana: rubin, żaffir u djamant.
12Fit-tielet indana: ġjaċint, agta u ametist;
13fir-raba’ indana: krisoltu, oniċi u djaspru; u għalquhom fi dwawar tad-deheb.
14U kien hemm tnax-il ħaġra skont l-għadd tat-tribujiet ta’ Iżrael; u kienu bħaċ-ċrieket, kull waħda b’isem tribù ta’ Iżrael imnaqqax fih.
15U għamel għall-pettoral lazzijiet tad-deheb fin mibrum bħal ħbula;
16u għamillu wkoll żewġ dwawar tad-deheb u żewġ ħolqiet tad-deheb; u qiegħdu ż-żewġ ħolqiet fiż-żewġt itruf tal-pettoral;
17u daħħlu ż-żewġ lazzijiet tad-deheb fiż-żewġ ħolqiet fit-truf tal-pettoral.
18Iż-żewġt itruf taż-żewġ lazzijiet rabtuhom maż-żewġ dwawar u qegħduhom fuq il-biċċa tal-efod minn quddiem.
19Għamlu żewġ ħolqiet oħra tad-deheb u qegħduhom fiż-żewġt itruf tal-pettoral fuq in-naħa ta’ ġewwa li tmiss mal-efod.
20U għamlu żewġ ħolqiet oħra tad-deheb, u waħħluhom minn quddiem fit-tarf t’isfel ta’ waħda mill-bċejjeċ tal-efod fir-rabta tiegħu ’l fuq mill-faxxa tal-efod.
21U rabtu mill-ħoloq tiegħu mal-ħoloq tal-efod b’kurdiċella b’mod li jiġi fuq il-faxxa tal-efod, u li l-pettoral ma jinħallx minn fuq l-efod, bħalma kien ordna l-Mulej.
Il-libsa tal-efod22Għamlu wkoll il-libsa tal-efod, xogħol in-nissieġ, kollha vjola,
23bl-iskullatura tal-libsa f’nofsha, bħal skullatura ta’ qmis, bi tberfila madwarha biex ma tiċċarratx.
24U dendlu fil-keffa tal-libsa bħal rummien vjola, porpra u skarlatt bi ħjut tal-għażel mibrum fin.
25Għamlu wkoll ġlieġel tad-deheb fin, u dendluhom bejn ir-rummien fil-keffa tal-libsa dawramejt, f’nofs ir-rummien:
26ġolġol u rummiena, ġolġol u rummiena fil-keffa tal-libsa madwarha kollu għas-servizz, bħalma kien ordna l-Mulej lil Mosè.
27Għamlu l-ilbiesi tal-għażel, xogħol in-nissieġ, għal Aron u wliedu:Eż 28,39-42.
28it-turbant tal-għażel, u l-ornament tat-turbant, u l-qliezet tal-għażel mibrum fin,
29u t-terħa tal-għażel mibrum, vjola, porpra u skarlatt, xogħol tar-rakkmu, kif kien ordna l-Mulej lil Mosè.
30Għamlu wkoll l-istrixxa rqiqa tad-deheb fin għall-kuruna mqaddsa, u naqqxu u kitbu fuqha: ‘Qaddis lill-Mulej’, bħal inċiżjoni fuq ċurkett.Eż 28,36-37.
31U rabtu magħha kurdiċella vjola biex titwaħħal mat-turbant, kif ordna l-Mulej lil Mosè.
32Hekk intemmet l-opra sħiħa tat-tabernaklu, tat-tinda tal-laqgħa; u wlied Iżrael għamlu kollox kif kien ordna l-Mulej lil Mosè.
33U ġiebu għand Mosè, it-tabernaklu, it-tinda, u t-tagħmir kollu tagħhom: il-ganċijiet, it-twavel, it-traversi, il-pilastri u l-imqagħad tiegħu;
34l-għata tal-ġild tal-muntun miżbugħ aħmar; l-għata ta’ ġild id-denfil, il-purtiera ta’ barra;
35l-arka tax-xhieda u l-lasti tagħha u l-għatu;
36il-mejda u l-partijiet tagħha kollha u l-ħobż tal-preżenza;Eż 25,30; 40,23; Lev 24,5-9.
37l-imnara tad-deheb fin bl-imsiebaħ u t-tagħmir tagħhom u l-partijiet kollha tagħha u ż-żejt għall-mixegħla;
38l-artal tad-deheb; iż-żejt tal-konsagrazzjoni, l-inċens ifuħ; il-purtiera tal-bieb tat-tinda;
39l-artal tal-bronż u l-gradilja tiegħu tal-bronż; il-lasti u t-tagħmir tiegħu kollu, il-ħawt u l-maqgħad tiegħu;
40id-drapp tal-bitħa, il-pilastri tagħha, l-imqagħad tagħha, il-purtiera tal-bieb tal-bitħa, il-ħbula u l-imsiemer tagħha, bit-tagħmir kollu meħtieġ għat-tabernaklu, għat-tinda tal-laqgħa;
41l-ilbies għas-servizz fis-santwarju, l-ilbies ikkonsagrat għal Aron il-qassis, u l-ilbies għal uliedu biex iservu ta’ qassisin.
42Kollox kif kien ordna l-Mulej lil Mosè, u hekk ulied Iżrael temmew ix-xogħol kollu.
43Mosè ra x-xogħol kollu u ra li għamluh kollu kif kien ordna l-Mulej, u Mosè berikhom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.