EŻEKJEL 22 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 22Id-dnubiet ta’ Ġerusalemm

1U ġietni l-kelma tal-Mulej, u qalli:

2“Int, o bniedem, trid tagħmel ħaqq, trid tagħmel ħaqq minn belt id-dmija. Mela għarrafha bil-qżiżijiet kollha tagħha.

3Għidilhom: ‘Dan jgħid Sidi l-Mulej: Ħażin għaliha l-belt li f’nofsha xxerred id-demm, għax tasal sigħetha! Taħdem allat għaliha biex tiċċappas!

4Tad-demm li int xerridt, int ħatja, u b’allatek, li int ħdimt, ittabbajt, u qarribt jiemek, u waslu fi tmiemhom sninek. Għalhekk nagħmel minnek għajb fost il-ġnus u żebliħ għall-pajjiżi kollha.

13“Arani! Inċapċap idejja għall-qligħ bl-ingann li għamilt u għad-demm li hemm fik.

26“Il-qassisin tagħha kisru l-liġi tiegħi, u pprofanaw il-ħwejjeġ qaddisa tiegħi; bejn qaddis u profan m’għażlux, u m’għallmux in-nies jagħżlu bejn dak li hu mniġġes u dak li hu nadif; għalqu għajnejhom għal Sibtijieti, u kont imkasbar f’nofshom.

27“Il-kapijiet f’nofsha bħal ilpup jaħtfu l-priża, ixerrdu d-demm, jeqirdu n-nies, biex jagħmlu l-qligħ diżonest.

28“Il-profeti tagħha jkaħħluhom bil-ħamrija; jaraw ix-xejn, u jħabbrulhom il-gideb u jgħidulhom: ‘Dan jgħid Sidi l-Mulej’, meta l-Mulej ma jkun tkellem xejn.Eżek 13,10-16.

29Il-poplu tal-pajjiż ħaqruh u serquh, l-imsejken u l-fqir għakksuhom, u l-barrani ħaqruh bla raġun ta’ xejn.

30“Fittixt f’nofshom bniedem, kapaċi jsewwi l-ħajt u joqgħod fis-selħa quddiemi u jiddefendi l-pajjiż, ħalli jien ma nagħmlux ħerba. Imma ma sibtx.S 106,23; Is 59,15-16.

31Jien niżfoga fuqhom id-dagħdigħa tiegħi; bin-nar tas-saħna tiegħi nġibhom fix-xejn; nixħet fuq rashom il-piż ta’ mġibthom, oraklu ta’ Sidi l-Mulej!”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help