1Meta ntemm dan kollu, l-Iżraelin kollha li kienu preżenti telqu lejn l-ibliet ta’ Ġuda, u kissru l-plieri wieqfa, u qaċċtu x-xbihat tal-Asera, u farrku s-santwarji u l-artali kollha mill-art ta’ Ġuda u Benjamin, u f’Efrajm u Manassi, u qerduhom għalkollox. Imbagħad ulied Iżrael ilkoll reġgħu lura, kull wieħed lejn daru jew lejn beltu.It-tqassim tal-Leviti
2U Ħeżekija waqqaf it-taqsima tal-qassisin u l-Leviti, kulħadd fit-taqsima tiegħu skont is-servizz tiegħu, sew il-qassisin sew il-Leviti, għas-sagrifiċċji tal-ħruq u s-sagrifiċċji tas-sliem, biex jagħmlu s-servizz, u jroddu ħajr u tifħir fil-bibien tal-kamp tal-Mulej.
3U s-sultan kien jagħti sehem minn ġidu għas-sagrifiċċji; is-sagrifiċċji tal-ħruq ta’ filgħodu u s-sagrifiċċji tal-ħruq ta’ filgħaxija, u s-sagrifiċċji tal-ħruq tas-Sibtijiet u tal-qamar ġdid u tal-festi, skont ma hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej.
4U ordna lill-poplu li kien jgħammar f’Ġerusalemm, li jagħti sehmu lill-qassisin u lil-Leviti, biex iżommu sħiħ mal-liġi tal-Mulej.
5U malli ġriet l-ordni, ulied Iżrael ġiebu bl-abbundanza l-bikri tal-qmuħ, tal-inbid il-ġdid, taż-żejt u tal-għasel, u tal-uċuħ kollha tar-raba’, u l-għexur ta’ kollox bl-abbundanza.
7Fit-tielet xahar bdew jiġbru dawn il-gzuz, u temmewhom fis-seba’ xahar.
8U ġew Ħeżekija u l-prinċpijiet, u raw dawn il-gzuz, u bierku l-Mulej u l-poplu tiegħu Iżrael.
9U Ħeżekija stħarreġ il-qassisin u l-Leviti dwar il-gzuz,
10u wieġbu Għażarija, il-qassis il-kbir, minn dar Sadok u qallu: “Sa minn meta bdew iġibu l-offerti f’dar il-Mulej, kilna u xbajna, u fadlilna ħafna għax il-Mulej bierek il-poplu tiegħu, u għalhekk dan il-fdal bl-abbundanza.”
11U Ħeżekija ordna li jibnu mħażen f’dar il-Mulej, u bnewhom.
12U ġiebu l-offerti, u l-għexur, u l-ħwejjeġ imqaddsa bir-reqqa. U kien jieħu ħsiebhom Konanija l-Levita, u ħuh Simgħi kien jgħinu;
13u Ġeħijel, Għażażija, Naħat, Għaxajel, Ġerimot, Ġożabad, Elijel, Ismakija, Maħat, Benajja, dawn kienu suprentendenti taħt is-setgħa ta’ Konanija u ħuh Simgħi, skont ma qassam Ħeżekija, is-sultan, u Għażarija, il-kap tad-dar ta’ Alla.
14U Kore bin Imna, il-Levita, il-purtinar tal-bieb tal-Lvant, kellu jieħu ħsieb l-offerti volontarji lil Alla u jqassam il-porzjon merfugħ għall-Mulej, u l-ħwejjeġ l-aktar qaddisa.
15Kellu jgħinuh lil Għeden, Minjamin, Ġożwè, Semajja, Amarija, u Sekanija fl-ibliet tal-qassisin, biex jagħtu bir-reqqa lil ħuthom kbar u żgħar, skont it-taqsim tagħhom.
16Kien hemm imniżżlin skont in-nisel tagħhom l-irġiel kollha minn tliet snin ’il fuq, fosthom dawk li kellhom jidħlu f’dar il-Mulej skont is-servizz tagħhom minn jum għal ieħor, biex jagħmlu x-xogħol tagħhom skont is-servizz u t-taqsim tagħhom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.