1Wara dawn il-ġrajja u r-riżq ta’ Ħeżekija, ġie Sanħerib, sultan tal-Assirja, u daħal Ġuda; u waqqaf il-kamp kontra l-ibliet iffortifikati u ried li jidħlu jeħduhom.
9Wara dan kollu Sanħerib, is-sultan tal-Assirja, li kien ħdejn Lakis bl-eżerċtu tiegħu kollu miegħu, bagħat il-qaddejja tiegħu Ġerusalemm għand Ħeżekija, sultan ta’ Ġuda, u għand in-nies ta’ Ġuda, u qalilhom:2 Slat 18,17-37; Is 36,1-22.
10“Dan jgħid Sanħerib, sultan tal-Assirja: ‘Fuqiex qegħdin isserrħu raskom intom l-assedjati f’Ġerusalemm?
11Jaqaw Ħeżekija mhux iqarraq bikom biex jerħikom għall-mewt bil-ġuħ u bil-għatx meta jgħidilkom: ‘Il-Mulej Alla tagħna jeħlisna minn id is-sultan tal-Assirja?’
12Mhux Ħeżekija stess neħħielu s-santwarji u l-artali tiegħu, u ordna lil Ġuda u lil Ġerusalemm u qalilhom: ‘Quddiem artal wieħed tinżlu taduraw u fuqu taħarqu l-inċens’?
13Jaqaw ma tafux x’għamilt jien u missirijieti lill-ġnus tal-artijiet kollha? Kellhom ħila l-allat tal-ġnus tal-artijiet jeħilsu l-artijiet tagħhom minn idejja?
14Fost l-allat kollha ta’ dawn il-ġnus meqruda minn missirijieti, min minnhom kellu l-ħila jeħles il-poplu tiegħu minn idejja, biex issa Alla tagħkom jista’ jeħles lilkom minn idejja?
15Mela issa tħallux lil Ħeżekija jqarraq u jidħak bikom b’dan il-mod; la temmnuhx, għax ebda alla minn ta’ dawk il-popli jew saltniet ma kellu l-ħila jeħles il-poplu tiegħu minn idejja, u minn idejn missirijieti. Kemm anqas se jeħles lilkom Alla tagħkom, issa, minn idejja.”
16U l-messaġġiera ta’ Sanħerib komplew jgħidu ħafna aktar kliem kontra l-Mulej Alla u kontra Ħeżekija, il-qaddej tiegħu.
17U saħansitra kitiblu ittri biex iżeblaħ lill-Mulej, Alla ta’ Iżrael, u qallu: “Bħalma l-allat tal-ġnus tal-artijiet l-oħra ma ħelsux il-popli tagħhom minn idejja, hekk anqas jeħles minn idejja l-poplu tiegħu Alla ta’ Ħeżekija.”2 Slat 19,9-13; Is 37,9-13.
18U bdew jgħajtu b’leħen għoli bil-Lhudi lill-poplu ta’ Ġerusalemm, li kien hemm fuq il-ħajt, biex ibeżżgħuhom u jwerwruhom ħalli hekk jieħdu l-belt.
19U tkellmu minn Alla ta’ Ġerusalemm bħallikieku mill-allat tal-ġnus, xogħol ta’ idejn il-bniedem.
20U s-sultan Ħeżekija u l-profeta Isaija bin Amos bdew jitolbu minħabba dan u jgħajtu lejn is-sema.2 Slat 19,14-19; Is 37,14-20.
21U bagħat il-Mulej anġlu, u qered kull raġel qalbieni, u l-ġenerali u l-fizzjali fil-kamp tas-sultan tal-Assirja; u dan kellu jerġa’ lura kollu mistħi u daħal fid-dar tal-alla tiegħu, u hemm qatluh bix-xabla dawk stess li ħarġu mill-ġewwieni tiegħu.2 Slat 19,35-37; Is 37,36-38.
22Hekk il-Mulej salva ’l Ħeżekija u n-nies li jgħammru f’Ġerusalemm minn id Sanħerib, sultan tal-Assirja, u minn id kulħadd; u tahom il-mistrieħ madwarhom.2 Kron 14,6.
23U ħafna bdew iġibu offerti lill-Mulej f’Ġerusalemm, u ħwejjeġ prezzjużi lil Ħeżekija, sultan ta’ Ġuda, u dan għola ħafna f’għajnejn il-ġnus minn dakinhar ’il quddiem.
Il-marda u l-mewt ta’ Ħeżekija24Dak iż-żmien Ħeżekija marad għall-mewt, u talab lill-Mulej, u dan wieġbu u tah sinjal.2 Kron 20,1-11; Is 38,1-8.
25Imma Ħeżekija ma raddx ħajr skont il-ġid li sarlu, għax qalbu tkabbret, u waqgħet il-korla tal-Mulej fuqu u fuq Ġuda u Ġerusalemm.2 Slat 20,12-19; Is 39,1-8.
26Imma Ħeżekija umilja ruħu mill-kburija ta’ qalbu, hu u miegħu n-nies ta’ Ġerusalemm, u l-korla tal-Mulej ma laħqithomx fi żmien Ħeżekija.
27U Ħeżekija kellu għana u ġieħ kbir; għamel imħażen għall-fidda u d-deheb, għall-ħaġar prezzjuż u l-fwejjaħ, għat-tarkiet u oġġetti oħra prezzjużi;2 Slat 20,13; Is 39,2.
28u mħażen għall-ġabra tal-qamħ u għall-inbid ġdid u ż-żejt, imqawel għal kull xorta ta’ bhejjem u oqsma għall-imrieħel.
29U għamel kwartieri u mandriet għall-imrieħel u l-baqar, għax Alla tah ġid bl-abbundanza.
30Kien hu, Ħeżekija, li sadd l-għajn tal-ilma ta’ Giħon ta’ fuq, u dawru għan-naħa tal-Punent tal-belt ta’ David. U Ħeżekija sab ir-risq f’kulma kien jagħmel.2 Slat 20,20-21.
31Imma fil-każ tal-messaġġiera tal-prinċpijiet ta’ Babilonja, li kienu mibgħuta għandu biex jistħarrġuh fuq il-ħwejjeġ tal-għaġeb li kienu saru fil-pajjiż, Alla telqu biex iġarrbu u jagħraf kulma kellu f’qalbu.
32U l-bqija tal-ġrajja ta’ Ħeżekija u l-opri tajba tiegħu huma miktuba fid-dehriet ta’ Isaija bin Amos, il-profeta, u fi Ktieb is-Slaten ta’ Ġuda u Iżrael.
33U Ħeżekija strieħ ma’ missirijietu, u difnuh fit-telgħa tal-oqbra ta’ wlied David; u Ġuda kollu u dawk li kienu jgħammru f’Ġerusalemm tawh il-ġieħ f’mewtu. U beda jsaltan floku Manassi, ibnu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.