ESTER BIL-GRIEG 7 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 7Il-kundanna ta’ Ħaman

1[1] Is-sultan u Ħaman marru jieklu għand Ester, is-sultana.

2[2] Din it-tieni darba wkoll, huma u jixorbu l-inbid, is-sultan staqsa lil Ester u qalilha: “X’inhu li qiegħda titlob, sultana Ester, biex nagħtihulek? X’tixtieq? Imqar jekk tixtieq nofs is-saltna tiegħi, nagħtihielek.”

5[5] U s-sultan Assweru wieġeb lil Ester, is-sultana: “Min hu, u fejn hu dan, li għandu l-ħila jagħmel dan?”

6[6] Ester wieġbet: “In-nassies u l-għadu tagħna, dan hu, dan il-bniedem ħażin ta’ Ħaman.” Ħaman baqa’ mwerwer quddiem is-sultan u s-sultana.

7[7] Is-sultan qam b’saħna minn fuq il-mejda, u mar fil-ġnien tal-palazz; imma Ħaman baqa’ hemm jitlob ħajtu lis-sultana Ester għax ra li s-sultan qatagħha li jeqirdu.

8[8] U s-sultan raġa’ lura mill-ġnien għall-kamra fejn kienu jixorbu l-inbid, u Ħaman kien mixħut fuq id-divan fejn kienet qiegħda Ester, u s-sultan qal: “Jaqaw issa se jkasbar is-sultana wkoll, quddiemi u f’dari?” Malli l-kelma ħarġet minn fomm is-sultan, għattew wiċċ Ħaman.

9[9] Imbagħad Ħarbuna, wieħed mill-uffiċjali ta’ madwar is-sultan, qallu: “Hemm hi l-forka wkoll li Ħaman ħejja għal Mordekaj, li tkellem għall-ġid tas-sultan, wieqfa f’dar Ħaman, għolja ħamsin driegħ!” U s-sultan qal: “Dendluh magħha.”

10[10] U dendlu lil Ħaman mal-forka li hu stess kien ħejja għal Mordekaj; u s-sultan għaddietlu s-saħna.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help