1Oraklu fuq id-deżert tal-baħar:
Bħalma r-rwiefen jgħaddu maħruba min-Negeb,
hekk hu ġej mid-deżert, minn art tal-biża’!
2Viżjoni kiefra kienet murija lili.
Il-ħalliel jisraq; il-qerried jeqred!
Itla’ Għelam, assedja Medja!
Hawn jien biex insikket il-krib.
3Għalhekk inħossni mkexkex f’ġenbejja;
nitkagħweġ bħal mara fil-ħlas.
Inħossni mħawwad wisq biex nisma’,
imbellah wisq biex nara!
4Moħħi storda, qabadni t-tkexkix,
kont nixtieq li jaqa’ l-lejl,
u issa sirt nibża’ minnu!
5Ħejjew il-mejda, firxu l-ħasira,
jieklu u jixorbu.
Qumu, prinċpijiet, idilku t-tarki!
6Dan qalli l-Mulej:
“Mur qiegħed għassies,
ħa jħabbar dak li jara.
7U jekk jara rikkieb fuq karru b’żewġt iżwiemel;
rikkieb fuq ħmar, rikkieb fuq ġemel,
ħa jgħarrex sewwa,
b’reqqa l-aktar kbira.’
8U mbagħad l-għassies jgħajjat:
‘Fuq torri tal-għassa, sidi,
jien qiegħed binhar dejjem,
u wieqaf dejjem f’posti l-iljieli kollha.
9U ara, ġej wieħed riekeb,
fuq karru b’żewġt iżwiemel;
li beda jgħajjat u jgħid:
‘Waqgħet waqgħet Babilonja,
u magħha xbihat allatha
mfarrka fl-art.’Oraklu fuq Edom
11Oraklu fuq Edom:
Sejjaħli xi ħadd minn Xegħir:
“Għassies, fiex inhu l-lejl?
Għassies, fiex inhu l-lejl?”
12U l-għassies wieġeb:
“Għad jasal is-sebħ u l-lejl ukoll.
Jekk tridu tistħarrġu, stħarrġu.
Erġgħu ejjew?”
Oraklu fuq l-Għarabja13“Oraklu fuq l-Għarabja:
Fil-masġar, fid-deżert għaddu l-lejl,
intom karwani tad-Dedanin!
14Ilqgħu lill-għatxanin, ġibulhom l-ilma,
intom li tgħammru f’art Tema,
ilqgħu bil-ħobż il-maħrubin.
15Għax minn quddiem ix-xabla ħarbu,
minn quddiem xabla misluta,
minn quddiem il-qaws miġbud,
minn quddiem il-qilla tal-battalja.
16Għax dan qalli Sidi: “Fi żmien sena,
kif jgħoddu s-snin ta’ ħaddiem mikri,
ikun għab is-sebħ kollu ta’ Kedar.
17U ftit li xejn jifdal
mill-arċieri qalbiena ta’ Kedar.’
Għax tkellem il-Mulej, Alla ta’ Iżrael.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.