ĠENESI 47 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 47

1U Ġużeppi mar jagħti l-aħbar lill-Fargħun u qallu: “Missieri u ħuti ġew mill-art ta’ Kangħan bl-imrieħel u bil-baqar tagħhom u b’kulma għandhom: ġew mill-art ta’ Kangħan, u hawn huma fl-art ta’ Gosen.”

2U qabad ħamsa minn ħutu u ressaqhom quddiem il-Fargħun.

3U l-Fargħun staqsa lill-aħwa: “X’tagħmlu?” U huma wieġbu lill-Fargħun: “Rgħajja tal-imrieħel il-qaddejja tiegħek, sew aħna sew missirijietna.”

4U ssuktaw jgħidu lill-Fargħun: “Aħna ġejna ngħammru f’din l-art, għax ma hemmx mergħa għall-imrieħel tal-qaddejja tiegħek, għax għafas il-ġuħ fuq l-art ta’ Kangħan, u issa ħa jgħammru l-qaddejja tiegħek fl-art ta’ Gosen.”

5U l-Fargħun kellem lil Ġużeppi u qallu: “Missierek u ħutek ġew għandek.

6L-art tal-Eġittu quddiemek, qiegħed lil missierek u ’l ħutek fl-aħjar naħa tal-pajjiż, ħa jgħammru fl-art ta’ Gosen, u jekk taf b’xi nies ta’ ħila fosthom, agħmilhom kapijiet tal-imrieħel tiegħi.”

7U Ġużeppi ħa ’l missieru, u ressqu quddiem il-Fargħun, u bierek Ġakobb lill-Fargħun.

8U l-Fargħun staqsa lil Ġakobb: “Xi kemm jgħoddu sninek?”

9U Ġakobb wieġeb lill-Fargħun: “L-għadd ta’ snin li ilni niġġerra huwa ta’ mija u tletin sena. Ftit u ħżiena kienu jiemi u snin ħajti; u għad ma laħqux il-jiem u s-snin ta’ ħajjet missirijieti kemm damu jiġġerrew.”, kif kien ordna l-Fargħun.Il-wegħda ta’ Ġużeppi

27U Iżrael kien jgħammar fl-Eġittu fl-art ta’ Gosen, u hemm kisbu l-ġid fiha, kotru u żdiedu ħafna.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help