1U ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli: quddiemhom u oħroġ minnha.
6Ġorr kollox fuq spallejk quddiemhom u oħroġ fid-dlam; għatti wiċċek biex ma tarax l-art. Għax jien għamiltek sinjal għad-dar ta’ Iżrael.”
7Jiena għamilt kif ordnali l-Mulej, u binhar ħejjejt il-meħtieġ tiegħi, qisu l-meħtieġ ta’ min sejjer fl-eżilju; filgħaxija ħaffirt toqba fil-ħajt b’idi stess, u mbagħad ħriġt quddiemhom fid-dlam, bis-sorra fuq spallejja.
8L-għada filgħodu l-Mulej kellimni u qalli:
9“O bniedem, dawn in-nies ta’ rashom iebsa ta’ dar Iżrael ma staqsewkx x’inti tagħmel?
10Mela għidilhom: ‘Hekk jgħid il-Mulej: Kontra l-prinċep li hemm Ġerusalemm hi din is-sentenza, u kontra d-dar kollha ta’ Iżrael li tinsab fiha.’
11“Għidilhom: ‘Jiena sinjal għalikom. Kif għamilt jien, hekk għad jagħmlu lilkom; fit-turufnament u l-eżilju għad tmorru.
12U l-prinċep li hemm fosthom għad jerfa’ s-sorra tiegħu fuq spallejh fid-dlam, u jħaffer toqba fil-ħajt biex joħroġ minnha, u jgħatti wiċċu biex ma jkunx jista’ jara l-art b’għajnejh.
13U jien nixħet ix-xibka tiegħi fuqu, u naqbdu fin-nassa tiegħi; nieħdu Babilonja f’art il-Kaldin, imma ma jarahiex; hemm imut.
15“U huma jkunu jafu li jiena l-Mulej meta nxerridhom fost il-ġnus, u nferrixhom mal-artijiet kollha.
16Imma nħalli ’l xi wħud minnhom li jeħilsu mix-xabla u l-ġuħ u l-pesta biex iħabbru fost il-ġnus, li fosthom imorru, l-għarukażijiet tagħhom, u jkunu jafu li jiena l-Mulej.”
Ir-restawrazzjoni!’?23Għalhekk għidilhom: ‘Dan jgħid Sidi l-Mulej: Inwaqqaf dan l-għajdut u ma tgħiduhx aktar fil-pajjiż ta’ Iżrael.’ Anzi għidilhom: ‘Iż-żmien qorob, u s-seħħ ta’ kull viżjoni miegħu.’
24Għax f’nofs id-dar ta’ Iżrael ma jkunx hemm aktar dehriet foloz jew taħbir qarrieq.
25Għax jien il-Mulej, nitkellem u dak li ngħid iseħħ bla ma jitlajja; u sewwasew fi żmienkom, ja razza ta’ nies xewwiexa, ngħid kelma u nagħmilha, oraklu tal-Mulej.’ ”
26U ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:
27“O bniedem: Ara x’inhuma jgħidu d-dar ta’ Iżrael: ‘Il-viżjoni li dan kellu għad iddum ma sseħħ; qiegħed iħabbar għal żminijiet fil-bogħod.’
28Mela għidilhom: ‘Dan jgħid Sidi l-Mulej: Ebda kelma minn tiegħi ma tiddawwar biex tasal, għax jien ngħid kelma u sseħħ, oraklu ta’ Sidi l-Mulej.’ ”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.