1Dan hu nisel Għesaw, li hu Edom.
2Għesaw ħa n-nisa tiegħu minn fost il-bniet tal-Kangħanin: Għada bint Elon il-Ħitti; Oħolibama bint Għana, bint Sibgħun il-Ħiwwi,
9Dan hu n-nisel ta’ Għesaw, missier l-Edumin, fuq il-muntanji ta’ Xegħir.
23U dawn huma wlied Sobal: Għalwan, Manaħat, Għebal, Sefu, u Onam.
24Ulied Sibgħun kienu: Ajja u Għana. Dan hu Għana, dak li sab l-għejun ta’ ilma sħun fid-deżert, hu u jirgħa l-ħmir ta’ missieru Sibgħun.
25Ulied Għana kienu: Disan u Oħolibama bint Għana.
26Ulied Disan kienu: Ħemdan, Esban u Itran u Keran.
27Ulied Għeser kienu: Bilħan, Żagħwan u Għakan.
28Ulied Disan kienu: Għus u Aran.
29Dawn kienu l-kapijiet tal-Ħorin: il-kap Lotan, il-kap Sobal, il-kap Sibgħun, il-kap Għana,
30il-kap Dison, il-kap Għeser u l-kap Disan.
Dawn kienu l-kapijiet tal-Ħorin, skont it-tribujiet tagħhom, fl-art ta’ Xegħir.
Is-slaten ta’ Edom31Dawn kienu s-slaten li saltnu fuq l-art ta’ Edom, qabel ma beda jsaltan sultan fuq ulied Iżrael.
32Saltan f’Edom Bela bin Begħor, u l-belt tiegħu kien jisimha Dinħaba..
38Miet Sawl, u saltan warajh Bagħal-ħanan bin Għakbor.
39Miet Bagħal-ħanan bin Għakbor, u saltan warajh Ħadar, u l-belt tiegħu kien jisimha Pagħu; u martu kien jisimha Meħetabel bint Matred minn Miżaħab.
40Dawn huma l-ismijiet tal-kapijiet tat-tribujiet ta’ Għesaw, kif kienu mqassmin skont il-familji u l-għamajjar tagħhom, b’isimhom; il-kap Timna, il-kap Għalwa, il-kap Ġetet,
41il-kap Oħolibama, il-kap Ela, il-kap Pinon,
42il-kap Kenaż, il-kap Teman, il-kap Mibsar,
43il-kap Magdijel, il-kap Għiram.
Dawn huma l-kapijiet ta’ Edom skont l-għamajjar tagħhom fl-art li kienu ħadu. Dan hu Għesaw, missier l-Edumin.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.