1Il-kelma li ġiet lil Ġeremija għal-Lhud li kienu jgħammru fl-art tal-Eġittu u joqogħdu f’Migdol, f’Taħfanħes, f’Nof, u fl-art ta’ Patros u qalilhom:
2“Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti, Alla ta’ Iżrael: Intom rajtu l-ħsara kollha li jiena ġibt fuq Ġerusalemm u fuq l-ibliet kollha ta’ Ġuda. Arawhom, illum saru ħerba u ħadd ma hemm jgħammar fihom.
4“U jien kont nibagħtilkom bla heda l-qaddejja tiegħi l-profeti biex jgħidulkom: ‘Isaw, tagħmlux dawn il-ħwejjeġ moqżieża li jien nistkerrah.’
11“Għalhekk dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti, Alla ta’ Iżrael: Arawni, se ndawwar wiċċi għal fuqkom biex nagħmlilkom il-ħsara u biex neqred ’il Ġuda kollu.
12U naqbad il-fdal ta’ Ġuda li dawru wiċċhom biex imorru lejn l-Eġittu u jgħammru hemm. Għad jintemmu lkoll fl-art tal-Eġittu; u jmutu bix-xabla u bil-ġuħ; jintemmu miż-żgħir sal-kbir; imutu bix-xabla u bil-ġuħ; u jsiru dagħa u waħx, saħta u għajb., u nsawbulha libazzjonijiet bħalma konna nagħmlu, aħna u missirijietna, is-slaten u l-prinċpijiet tagħna, fl-ibliet ta’ Ġuda u fit-toroq ta’ Ġerusalemm; u għalhekk konna mxebbgħin bil-ħobż, konna qegħdin tajjeb, u ħsara ma rajniex. qalulu: “U meta aħna konna naħarqu l-inċens lis-sultana tas-smewwiet u noffrulha l-libazzjonijiet jew meta konna nagħmlulha l-kagħak xbieha tagħha u sawwabnielha l-libazzjonijiet, jaqaw dan konna nagħmluh bla ma kienu jriduna żwieġna?”
20U Ġeremija wieġeb lill-poplu kollu, irġiel u nisa, il-kotra kollha, li kienu wieġbu b’dan il-mod u qalilhom:
21“Jaqaw il-Mulej ma jiftakarx u ma jiġihx f’moħħu l-inċens li intom kontu taħarqu fl-ibliet ta’ Ġuda u fit-toroq ta’ Ġerusalemm, intom u missirijietkom, is-slaten u l-prinċpijiet tagħkom u l-poplu tal-pajjiż?
24U Ġeremija qal lill-poplu kollu, l-aktar lin-nisa: “Isimgħu l-kelma tal-Mulej, intom in-nies ta’ Ġuda, ilkoll kemm intom, li qegħdin fl-art tal-Eġittu:
25Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti, Alla ta’ Iżrael: Intom u n-nisa tagħkom tgħiduh b’fommkom u tagħmluh b’idejkom, u tgħidu: ‘Aħna rridu ntemmu l-wegħdiet tagħna, irridu li naħarqu l-inċens lis-sultana tas-smewwiet u li nsawbulha l-libazzjonijiet.’ Żommu l-għewiedi tagħkom u sawbu l-libazzjonijiet tagħkom.”
26Imma isimgħu l-kelma tal-Mulej, intom ilkoll, nies ta’ Ġuda li qegħdin tgħammru fl-Eġittu: ‘Arawni, jien naħlef b’ismi l-kbir, jgħid il-Mulej, li qatt iżjed, bl-ebda fomm ta’ ħadd min-nies ta’ Ġuda, ma jissemma ismi u jgħidu: ‘Daqskemm hu ħaj il-Mulej’ fl-art kollha tal-Eġittu.’
27Arawni, jien nixħet għajnejja fuqhom għad-deni u mhux għall-ġid tagħhom. U sal-inqas wieħed minn Ġuda li hemm fl-art tal-Eġittu jintemmu bix-xabla u bil-ġuħ.
29“Dan ikunilkom ta’ sinjal, oraklu tal-Mulej, li ser nikkastigakom f’dan il-pajjiż, sabiex tkunu tafu li t-tehdid tiegħi kontrikom iseħħ żgur.
30“Dan jgħid il-Mulej: ‘Arani, se nerħi lill-Fargħun Ħofra, sultan tal-Eġittu, f’idejn l-għedewwa tiegħu u f’idejn dawk li qegħdin ifittxulu ħajtu bħalma jien erħejt lil Sedekija, sultan ta’ Ġuda, f’idejn Nabukodonosor, sultan ta’ Babilonja, l-għadu tiegħu li kien qiegħed ifittixlu ħajtu.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.