SALMI 129 - Maltese Bible with DC

Salm 129Kontra l-għedewwa ta’ Iżrael

1Għanja tat-Telgħat.

Ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti

- ħa jgħid hekk Iżrael -

2ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti,

imma ma rnexxilhomx jegħlbuni.

3Bil-moħriet għaddew minn fuq dahri,

raddiet twal bis-swat għamluli.

4Imma ġust hu l-Mulej,

u qatta’ minn fuqi l-irbit tal-ħżiena.

5Ħa jinfixlu u jmorru lura

dawk kollha li jobogħdu ’l Sijon.

6Ikunu bħall-ħaxix tal-bjut,

li jinxef qabel ma jikber,

7li bih il-ħassad ma jimliex idu,

lanqas ħdanu min jorbot il-qatet.

8U ma jgħidux dawk li jkunu għaddejja:

“Il-barka ta’ Alla fuqkom!

Inberkukom f’isem il-Mulej!”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help