SALMI 138 - Maltese Bible with DC

Salm 138Innu ta’ radd il-ħajr

1Ta’ David.

Irroddlok ħajr, Mulej, b’qalbi kollha,

għaliex int smajt kliem fommi.

Quddiem l-allat irrid ngħannilek.

2B’wiċċi fl-art ninxteħet

quddiem is-santwarju tiegħek,

u rroddlok ħajr għat-tjieba u l-fedeltà tiegħek,

għax int kabbart ismek u kelmtek fuq kollox.

3Meta sejjaħtlek, int weġibtni,

kattarli l-qawwa f’ruħi.

4Iroddulek ħajr, Mulej, is-slaten kollha tal-art,

għaliex semgħu l-kliem ta’ fommok.

5U jgħannu l-imġiba tal-Mulej,

għax kbir hu sebħ il-Mulej.

6Kbir il-Mulej, imma jieħu ħsieb iż-żgħar;

u, għalkemm fl-għoli, jagħraf mill-bogħod.

7Jekk insib ruħi fl-għali,

inti tħarisli ħajti;

terfa’ idek kontra l-għedewwa tiegħi,

u l-leminija tiegħek issalvani mill-qilla tagħhom.

8Il-Mulej iżomm kelmtu miegħi.

It-tjieba tiegħek, Mulej, tibqa’ għal dejjem;

la titlaqx għemil idejk!

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help