1Ġara li Alessandru l-Maċedoni bin Filippu, minn art il-Kittin, wara li sar sultan fuq il-Greċja, ħareġ għall-gwerra, rebaħ lil Dariju, sultan tal-Persjani u l-Medi, u beda jsaltan minn floku, ibda mill-Greċja..
8U l-ġenerali tiegħu ħadu s-setgħa f’idejhom, kull wieħed fil-qasma tiegħu.
9Meta miet ilkoll xiddew il-kuruna f’rashom, u hekk għamlu wliedhom għal bosta snin; u ġiebu ħsara bla qjies fuq id-dinja.
Antijoku IV Epifani (175-163 QK) jaħqar lil-Lhud10Minn dawn ħareġ għerq mill-agħar, Antijoku Epifani, bin is-sultan Antijoku; qabel ma beda jsaltan fis-sena 137 tas-saltna tal-Griegi kien miżmum b’rahan f’Ruma.
11Dik il-ħabta ħarġu minn Iżrael xi nies rinnegati u bdew ixewxu lil ħafna nies u jgħidulhom: “Ejja mmorru nagħmlu patt mal-Ġentili ta’ madwarna, għax kemm ilna li ksirnieha magħhom laħquna ħafna ħsarat.” f’Ġerusalemm skont id-drawwa tal-Ġentili,
15neħħew is-sinjali taċ-ċirkonċiżjoni u ċaħdu l-patt il-qaddis, bdew jitħalltu mal-Ġentili u biegħu ruħhom għall-ħażen.
16Malli deherlu li s-saltna tiegħu ssaħħet biżżejjed, Antijoku waħħalha f’rasu li jsir sultan tal-Eġittu, u hekk jibda jsaltan fuq żewġ saltniet.
17Daħal l-Eġittu b’eżerċtu qawwi, armat b’karrijiet, iljunfanti, kavallerija u flotta kbira.
u niġġsu l-post imqaddes.
38Minħabba fihom ħarġu dawk li kienu jgħammru Ġerusalemm,
u saret bejta tal-barranin.
Il-belt saret barranija
għal nisilha, abbandunata minn uliedha.
39It-tempju tagħha sar ħerba bħad-deżert;
il-festi tagħha nbidlu f’jiem il-vistu;
is-Sibtijiet inbidlu f’għajb,
u ġieħha fi tmaqdir.
40Daqs kemm kien kbir is-sebħ li kellha darba,
daqshekk ieħor issa kien kbir l-għajb;
u l-kburija tagħha nbidlet f’vistu.
41Imbagħad is-sultan kiteb lis-saltna kollha tiegħu li lkoll kellhom jiffurmaw poplu wieħed u kull wieħed iħalli l-liġi tiegħu.
42Il-ġnus kollha qagħdu għad-digriet tas-sultan,
43u ħafna minn Iżrael għoġbithom ir-reliġjon tiegħu u offrew is-sagrifiċċji lill-allat foloz u kisru jum is-Sibt.
Il-persekuzzjoni44U s-sultan bagħat ittri mal-kurriera tiegħu f’Ġerusalemm u l-ibliet l-oħra ta’ Ġuda biex jordnalhom li jimxu skont użanzi barranin għall-pajjiż;
51Dan kollu kiteb is-sultan lis-saltna kollha tiegħu u qiegħed suprentendenti fuq il-poplu kollu, u ġiegħel lill-ibliet ta’ Ġuda, waħda waħda, joffru s-sagrifiċċji.
52Ħafna mill-poplu marru għan-naħa tagħhom, kollha nies li abbandunaw il-liġi, u għamlu d-deni fil-pajjiż,
53u b’hekk ġiegħlu lil Iżrael jistaħbew f’kull kenn li kellhom.Il-profanazzjoni tat-tempju (167 QK), fuq l-artal, u hekk ukoll tellgħu artali fl-ibliet kollha ta’ Ġuda kif iddur., li rnexxielhom isibu, għamluhom bċejjeċ u ħarquhom.
57Kull min kienu jsibulu xi Ktieb tal-Patt, jonkella kien iħares il-liġi, kienu jagħtuh il-mewt bis-saħħa tad-digriet tas-sultan. tal-ħruq.
60U n-nisa li kienu jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lil uliedhom kienu jagħtuhom il-mewt,
61bit-trabi mdendlin ma’ għonqhom skont id-digriet tas-sultan, u magħhom kienu joqtlu wkoll lil nieshom u lil dawk li kienu jagħmlulhom iċ-ċirkonċiżjoni.
62Imma ħafna minn Iżrael għamlu l-qalb u webbsu rashom li ma jiklux ikel imniġġes;
63huma għażlu li jmutu, basta li ma jitniġġsux b’ikel ipprojbit, u ma jipprofanawx il-patt qaddis; u mietu.
64Kbira kienet il-korla fuq Iżrael.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.