DEWTERONOMJU 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2Il-mixja fid-deżert

1“U dorna lura u tlaqna għad-deżert mat-triq tal-Baħar tal-Qasab, bħalma qalli l-Mulej, u bqajna niġġerrew mal-muntanja ta’ Xegħir għal ħafna żmien.

2“U l-Mulej kellimni u qalli:

3‘Ilkom tiġġerrew biżżejjed ma’ dawn il-muntanji, duru lejn it-Tramuntana.

4Agħti lill-poplu din l-ordni: Intom se taqsmu l-art ta’ ħutkom, ulied Għesaw, li jgħammru f’Xegħir. Huma jibżgħu minnkom, iżda intom oqogħdu attenti ħafna.

8“U għaddejna għalhekk ’il bogħod minn ħdejn ħutna, ulied Għesaw, li jgħammru f’Xegħir, mit-triq tal-Għaraba, minn Elat, u minn Għesjon-geber, u mbagħad ilwejna u qbadna t-triq li tieħu għad-deżert ta’ Mowab.

9“U l-Mulej qalli: ‘La taħbatx għal Mowab; la titqabadx u tiġġelidx magħhom; għax m’iniex se nagħtik b’wirt art minn tagħhom; l-art ta’ Għar tajtha b’wirt lil ulied Lot.’

14“Iż-żmien li ħadna biex imxejna minn Kades-barnigħa sa ma qsamna l-wied ta’ Żered kien ta’ tmienja u tletin sena, sakemm ma ntemmx minn nofs il-kamp in-nisel ta’ dawk in-nies gwerriera, bħalma kien ħalef il-Mulej., qerdu lil Għawwin, li kienu jgħammru fl-irħula sa Gaża, u daħlu flokhom.

24“ ‘Isaw, itilqu, aqsmu l-wied tal-Arnon. Ara, jien tajtek f’idek lil Siħon, is-sultan ta’ Ħesbon l-Amurri, bl-art tiegħu. Idħol fiha u agħmillu gwerra.

31“U l-Mulej qalli: ‘Arani, jien bdejt nerħi f’idejk lil Siħon u ’l artu. Idħol fiha biex tieħu artu f’idek.’

32U Siħon ħareġ għalina, hu u l-poplu tiegħu kollu, sa Ġaħas biex jitqabad magħna.

33“U l-Mulej, Alla tagħna, irħieh f’idejna, u qtilna lilu, ’l uliedu u l-poplu tiegħu kollu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help