1L-aħwa, nixtieq tassew minn qalbi nitlob quddiem Alla li niesi jsalvaw.
2Jien xhud għalihom li huma għandhom il-ħeġġa għal Alla, iżda din mhijiex ħeġġa skont l-għerf veru.Is-salvazzjoni għal kulħadd
5Fuq il-ġustizzja li tiġi mil-Liġi, Mosè kiteb: “Il-bniedem li jħarisha jgħix biha.”
f’fommok u f’qalbek”;
jiġifieri, il-kelma tal-fidi li aħna nxandru.
9Għax jekk inti tistqarr b’fommok, “Ġesù hu l-Mulej”, u temmen b’qalbek li Alla qajmu mill-imwiet, inti ssalva.
10Wieħed jemmen f’qalbu biex ikollu l-ġustizzja u jistqarr b’xufftejh biex ikollu s-salvazzjoni.
11L-Iskrittura tgħid, “Kull min jemmen fih ma jintilifx.”
14Imma kif jistgħu jsejħu lil dak li ma jemmnux fih? Kif jistgħu jemmnu f’dak li ma semgħux bih? Kif jistgħu jisimgħu jekk ma jxandrulhomx?
15Kif jistgħu jxandrulhom jekk ma jkunux mibgħuta? Bħalma hemm miktub: “Kemm huma sbieħ riġlejn dawk li jħabbru l-ġid.”? Żgur li semgħu. L-Iskrittura tgħid:
“Leħinhom xtered mal-art kollha ,
u l-kelma tagħhom laħqet truf id-dinja.”
19Imma nistaqsi jien: “Jaqaw Iżrael ma fehemx?” L-ewwel ma jwieġeb Mosè:
“Jien inqajjimlek l-għira permezz ta’ ġens mhux poplu;
permezz ta’ poplu bla ras ngħaddabkom.”
20Isaija mbagħad b’wiċċu minn quddiem jgħid:
“Sabuni dawk li ma kinux ifittxuni,
dhert lil dawk li ma kinux jistaqsu għalija.”
21U dwar Iżrael jissokta:
“Il-jum kollu jien ftaħt idejja lil poplu
li ma jemminx u li qam kontrija.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.