1Fi żmien meta kienu jaħkmu l-imħallfin, kien hemm l-għaks fil-pajjiż. Kien hemm raġel minn Betlehem ta’ Ġuda li mar joqgħod fl-inħawi ta’ Mowab, hu, martu u ż-żewġ uliedu.
2Ir-raġel kien jismu Elimelek, martu Nagħomi, u ż-żewġ uliedu Maħlon u Kiljon, Efratin minn Betlehem ta’ Ġuda. Marru joqogħdu fl-inħawi ta’ Mowab., u jalla jagħmel ħniena magħkom il-Mulej, kif intom għamiltu mal-mejtin u miegħi.
9U jagħtikom il-Mulej li ssibu l-mistrieħ, kull waħda f’dar żewġha.” U bisithom it-tnejn, u għollew leħinhom u bkew.
10Iżda huma qalulha: “Aħna niġu lura miegħek għand niesek.”
11U Nagħomi wieġbet: “Erġgħu lura, uliedi. Għala tridu tiġu miegħi? Għandi jien, jaqaw, ulied f’ġufi biex ikunu żwieġkom?
12Erġgħu lura, uliedi. Jien xjeħt wisq biex nerġa’ niżżewweġ. Kieku ngħid li għad fadalli tama, u llejla stess niżżewweġ u niled it-tfal,, imma Rut baqgħet imqabbda magħha.
Nagħomi u Rut f’Betlehem15Nagħomi qaltilha: “Il-kunjata reġgħet lura għand niesha u l-allat tagħha. Mur lura mal-kunjata.”
16U Rut wieġbet: “Iġġagħalnix nitilqek u nerġa’ lura minnek; fejn tmur int, immur jien; fejn toqgħod int, noqgħod jien; niesek, niesi; Alla tiegħek, Alla tiegħi;: sejħuli Mara, għax bl-imrar imlieni Alla li jista’ kollox.
22U hekk reġgħet lura Nagħomi u Rut il-Mowabija, mart binha, magħha, mill-inħawi ta’ Mowab. Kien żmien il-ħsad tax-xgħir meta waslu Betlehem.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.