1Fit-tieni sena tas-saltna tiegħu, Nabukodonosor ħolom xi ħolm, tħawwad fih innifsu, u n-ngħas ħarab minn fuqu.
2Is-sultan ordna li jissejħu l-maġi u l-bassara, is-saħħara u l-Kaldin, biex lis-sultan ifissrulu l-ħolm tiegħu. Dawn daħlu u waqfu quddiem is-sultan.
3U s-sultan qalilhom: “Ħlomt ħolma, u ninsab imħawwad kif naqbad nifhimha din il-ħolma.”
4Il-Kaldin qalu lis-sultan (bl-Aramajk): “Sultan, jalla tgħix għal dejjem! Għid il-ħolma lill-qaddejja tiegħek, u aħna nuruk it-tifsira tagħha.”
5Wieġeb is-sultan u qal lill-Kaldin: “Kelma waħda ngħidilkom: jekk intom ma turunix il-ħolma u t-tifsira tagħha, bċejjeċ issiru, u djarkom isiru ħerba.
6Imma jekk turuni l-ħolma u t-tifsira tagħha, ħlas u rigali u ġieħ kbir ikollkom. Għalhekk uruni l-ewwel il-ħolma u mbagħad it-tifsira tagħha.”
7Għat-tieni darba dawk wieġbu u qalulu: “Ħa jgħid is-sultan il-ħolma lill-qaddejja tiegħu, u aħna nuruh it-tifsira tagħha.”
8Qabad is-sultan u qalilhom: “Naf sewwa li intom tridu tirbħu ż-żmien, ladarba rajtu li l-kelma ħarġet minni,
9jiġifieri li, jekk il-ħolma ma turuhilix, sentenza waħda hemm għalikom. U intom ftehemtu bejnietkom biex, sa ma jilħaq jgħaddi ż-żmien, toħorġuli b’xi storja ta’ gideb u tagħwiġ. Mela għiduli l-ħolma, u nkun naf li t-tifsira tagħha se turuhieli wkoll.”
10Il-Kaldin wieġbu lis-sultan u qalulu: “Ma hemmx bniedem fuq din l-art li għandu l-ħila juri dil-ħaġa tas-sultan, ladarba ebda sultan kbir u setgħani ma qatt staqsa ħaġa bħal din lil xi maġi, bassâr jew Kaldew.
11Il-ħaġa li s-sultan qiegħed jistaqsi hi tqila, ma jinsab ħadd li jista’ jurihielu lis-sultan ħlief l-allat, li l-għamara tagħhom mhix fost il-bnedmin!”
12Fuq hekk is-sultan għadab u saħan għall-aħħar, u ordna li jinqerdu l-għorrief kollha ta’ Babilonja.
13Ħareġ digriet biex jinqatlu l-għorrief; u ’l Danjel u ’l sħabu wkoll marru jfittxuhom biex joqtluhom.
14Imbagħad Danjel, b’għaqal u dehen, mar ikellem lil Arjok, il-kap tal-għassiesa tas-sultan li ħarġu biex joqtlu l-għorrief ta’ Babilonja.
15Danjel qabad u qal lil Arjok, il-kmandant tas-sultan: “Dan l-għala ħareġ b’daqshekk għaġla d-digriet minn quddiem is-sultan?” U Arjok imbagħad fisser kollox lil Danjel.
16Danjel daħal quddiem is-sultan u talbu jagħtih iż-żmien biex lis-sultan jurih it-tifsira.
17Danjel imbagħad mar id-dar tiegħu, u qal b’kollox lil sħabu Ħananija, Misael u Għażarija,
18u qalilhom ukoll biex jitolbu ħniena quddiem Alla tas-sema dwar dan il-misteru, ħalli ma jinqerdux ukoll Danjel u sħabu mal-bqija tal-għorrief ta’ Babilonja.Danjel ifisser il-ħolma
19Imbagħad il-misteru kien irrivelat lil Danjel f’dehra billejl. U Danjel bierek ’l Alla tas-sema.
20Danjel qabad u qal:
“Ħa jkun l-isem ta’ Alla mbierek,
minn dejjem u għal dejjem,
għaliex tiegħu huma l-għerf u l-qawwa.
21U hu jbiddel f’waqthom il-jiem u l-iżmna,
ineħħi slaten u jqajjem slaten,
jagħti għerf lill-għorrief,
u dehen lil min jagħraf l-għaqal.
22Hu jikxef ħwejjeġ moħbija fil-qiegħ u mistura,
jagħraf x’hemm fid-dlamijiet,
u d-dawl jgħammar miegħu.
23O Alla ta’ missirijieti,
jiena lilek irrodd ħajr u nfaħħar,
għax tajt lili għerf u qawwa,
u għarraftni li tlabna minnek,
għax il-ħwejjeġ tas-sultan għarraftna.”
24Għalhekk Danjel daħal għand Arjok, li s-sultan kien qabbdu biex jeqred l-għorrief ta’ Babilonja, u qallu hekk: “L-għorrief ta’ Babilonja teqridhomx; daħħalni quddiem is-sultan, u jiena nurih it-tifsira.”
25Imbagħad Arjok bla telf ta’ żmien daħħal lil Danjel quddiem is-sultan u qallu hekk: “Fost ulied l-itturufnati ta’ Ġuda sibt wieħed li se jgħarraf it-tifsira lis-sultan.”
26U s-sultan qabad u qal lil Danjel, li kienu semmewh Beltesassar: “Għandek int ħila tgħarrafni l-ħolma li rajt u tfissirhieli?”
27Wieġeb Danjel quddiem is-sultan u qal: “Il-misteru li s-sultan irid jitkixxef, la l-għorrief, la l-bassara, la l-maġi u lanqas l-astroloġi m’għandhom ħila juruh lis-sultan.
28Iżda hemm Alla fis-sema li jikxef il-misteri, u li għarraf lis-sultan Nabukodonosor x’sejjer jiġri fl-aħħar jiem. Il-ħolma tiegħek u d-dehriet ta’ moħħok li kellek fuq friexek huma dawn:.
37“Int, sultan tas-slaten, li lilek Alla tas-sema tak is-saltna, is-setgħa, il-qawwa u l-glorja,
38u li ħallielek f’idejk lil ulied il-bnedmin, il-bhejjem tar-raba’ u l-għasafar tal-ajru kull fejn jinsabu, u qiegħdek taħkem fuqhom kollha, inti huwa r-ras tad-deheb.Is-sultan jistqarr il-fidi
46Imbagħad is-sultan Nabukodonosor inxteħet wiċċu fl-art jagħti qima lil Danjel, u ordna li joffrulu sagrifiċċju u inċens.Lev 2,1.
47U s-sultan qabad u qal lil Danjel: “Alla tiegħek hu tabilħaqq Alla tal-allat u Sid is-slaten; huwa dak li jikxef il-misteri, ladarba kellek il-ħila tikxef dan il-misteru.”Dt 10,17; Dan 11,36.
48Imbagħad is-sultan għolla lil Danjel, u tah ħafna rigali kbar, u għamlu gvernatur tal-Provinċja kollha ta’ Babilonja, u l-ogħla uffiċjal fuq l-għorrief kollha ta’ Babilonja.
49U Danjel, wara li talab mingħand is-sultan, qiegħed lil Sidrak, lil Mesak u lil Għabednegu fuq is-servizz pubbliku tal-provinċja ta’ Babilonja waqt li hu baqa’ fil-palazz tas-sultan.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.