2 MAKKABIN 13 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 13Ir-rebħa fuq Lisja u l-mewt ta’ Menelaw (163 QK)

1Fis-sena 149 waslet l-aħbar għand in-nies ta’ Ġuda li Antijoku Ewpator kien ġej b’kotra kbira ta’ nies lejn il-Lhudija.

2Miegħu kien hemm ukoll Lisja u t-tutur u l-amministratur tiegħu, kull wieħed b’eżerċtu Grieg ta’ mija u għaxart elef fanterija, ħamest elef u tliet mija kavallerija, tnejn u għoxrin iljunfant, u tliet mitt karru bl-imnieġel kull wieħed.

3Magħhom kien hemm ukoll Menelaw, li kien qiegħed iqarraq b’Antijoku u jsus fuqu, mhux għall-ġid ta’ pajjiżu imma biex iżomm il-poter f’idejh.

4Iżda s-Sultan tas-slaten xegħel il-korla ta’ Antijoku kontra dan il-misħut, u meta Lisja wrieh li dan kien il-ħtija ta’ din il-ħsara kollha, is-sultan ordna li jeħduh f’Berija, u joqtluh skont id-drawwa ta’ dak il-post.. Kellu magna ddur fuqu li minn kull naħa kienet iżżerżaq kollox minn fuqha fl-irmied.

6Hawn kienu jieħdu lil kull min kien ħati ta’ xi sagrileġġ jew li jkun għamel xi delitt ieħor kbir, u jwaddbuh għall-qerda.

7B’dan il-mod kellu jmut dan il-midgħi ta’ Menelaw bla ma kellu difna fl-art.

8U hekk kien jixraqlu! Kien hu li għamel ħafna delitti kontra l-artal, li n-nar u l-irmied tiegħu huma ħwejjeġ qaddisa. U fl-irmied kellu jsib mewtu!

9Is-sultan, mela, ġie b’rasu mimlija b’fehmiet selvaġġi bil-ħsieb li juri lil-Lhud ħwejjeġ agħar minn dawk li ġraw fi żmien missieru.

10Malli Ġuda sar jaf b’dan, ordna lill-kotra biex jitolbu, binhar u billejl, lill-Mulej, ħalli, bħal drabi oħra, hekk issa jgħin lil dawk li kienu se jkunu mċaħħdin mil-Liġi, minn art twelidhom u mit-tempju mqaddes;

13Wara laqgħa li kellu mal-anzjani ddeċieda li joħroġ u jaqtagħha bl-għajnuna ta’ Alla qabel mal-eżerċtu tas-sultan jilħaq jidħol fil-Lhudija u jaħtaf il-belt f’idejh.

14Għalhekk telaq xortih f’idejn il-Ħallieq tad-dinja, ħeġġeġ lin-nies tiegħu biex jitqabdu qalbiena sal-mewt għal-liġijiet, it-tempju, il-belt, art twelidhom, u l-istituzzjonijiet tagħhom. Waqqaf il-kamp ħdejn Modin.

15Imbagħad lin-nies tiegħu tahom il-kelma tal-qaddis: “Ir-rebħa ta’ Alla!” Għażel xi żgħażagħ mill-aktar qalbiena, u nxteħet billejl fuq it-tinda tas-sultan u qered mal-elfejn raġel fil-kamp u nifdu wkoll l-aqwa wieħed fost l-iljunfanti bis-sewwieq tiegħu b’kollox li kien fuq it-torri.1 Mak 6,43-46; 8,23.

16U fl-aħħar imbagħad waqa’ biża’ kbir fuq il-kamp u taħwida sħiħa, u l-Lhud reġgħu lura rebbieħa.

17Dan kollu ġara ma’ sbiħ il-jum bl-għajnuna u l-ħarsien tal-Mulej li kien miegħu.

18Is-sultan, wara li daq il-ħila tal-Lhud, beda jara jaħtafx bil-qerq il-postijiet iffortifikati.1 Mak 6,48-53.

19Għalhekk resaq lejn Betsur, fortizza mħarsa tajjeb mil-Lhud, imma tefgħuh lura; raġa’ attakka, u raġa’ ġarrab it-telf.1 Mak 4,29.

20Lil dawk li kienu ġewwa, Ġuda kien jibagħtilhom kulma kien jenħtieġ.

21Rodoku, wieħed mill-eżerċtu Lhudi, kixef xi sigrieti militari lill-għedewwa, imma fittxewh, qabduh, u tefgħuh il-ħabs.

22Għat-tieni darba s-sultan beda t-taħditiet man-nies ta’ Betsur, newlilhom idu, ftiehmu u telaq. Imbagħad ħabat għan-nies ta’ Ġuda, u mar minn taħt.

23Iżda malli sar jaf li Filippu, li kien ħalla f’Antjokja bħala amministratur, irvella kontrih, is-sultan inkwieta. Tkellem mal-Lhud, qagħad għal li talbuh, u ħalef li jirrispetta l-pattijiet ġusti kollha. Irranġa magħhom u offra sagrifiċċju, mar iqim it-tempju u wera r-rispett tiegħu lejn il-post.

24Għamel laqgħa sabiħa lill-Makkabi, u ħalla lil Ħegemonidi gvernatur tad-distrett minn Tolemajs sa art il-Gerrenin.

25Imbagħad mar Tolemajs; in-nies ta’ Tolemajs urewh li xejn ma għoġbuhom il-pattijiet, inkurlaw u riedu li jitħassru.

26Għalhekk Lisja tala’ fuq palk u ddefenda kemm felaħ kulma kien miftiehem, ipperswadiehom u ġiebhom f’sensihom. Imbagħad telaq għal Antjokja. Dan hu li ġara meta s-sultan ħabat għall-pajjiż u raġa’ lura.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help