SALMI 4 - Maltese Bible with DC

Salm 4L-hena tat-tama f’Alla

1Għall-mexxej tal-kor. Fuq l-istrumenti tal-korda. Salm ta’ David.

2Weġibni, meta nsejjaħlek,

Alla tal-ġustizzja tiegħi;

oħroġni fil-wisa’ meta nkun imdejjaq,

ħenn għalija u isma’ talbi.

3Intom, bnedmin, kemm se ddumu twebbsu qalbkom?

Għax tħobbu l-frugħa u tfittxu l-gideb?

4Kunu afu li l-Mulej wera tjieba kbira miegħi;

jismagħni l-Mulej meta nsejjaħlu.

5Triegħdu bil-biża’, u la tidinbux;

aħsbu f’qalbkom billejl, u isktu!

6Offru s-sagrifiċċji li għandkom tagħmlu,

u ittamaw fil-Mulej.

7Ħafna jgħidu: “Min jurina r-riżq?”

Ixħet fuqna, Mulej, id-dawl ta’ wiċċek.

8Int nissilt l-hena f’qalbi,

aktar mill-kotra tal-qamħ u l-inbid tagħhom.

9Nimtedd u norqod minnufih fis-sliem,

għax int waħdek, Mulej, fis-sod tqegħedni.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help