2 SLATEN 8 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 8Eliżew u s-Sunamija

1U Eliżew kellem lill-mara li kien qajmilha lil binha mill-mewt, u qalilha: “Qum u mur int u darek, u għammar fejn issib, għax il-Mulej sejjaħ il-ġuħ li dalwaqt jaqa’ fuq l-art għal seba’ snin.”

9U Ħażajel mar jiltaqa’ miegħu, u ħa f’idu r-rigali, erbgħin ġemel mgħobbija bil-ġid kollu ta’ Damasku. U wasal u ppreżenta ruħu quddiemu u qallu: “Ibnek Benħadad, sultan ta’ Aram, bagħatni għandek nistaqsik: ‘Infiq minn din il-marda tiegħi?’ ”

11U waħħal ħarstu fih u baqa’ ċass sakemm beda jistħi, u l-bniedem ta’ Alla nfexx jibki.

12U Ħażajel staqsieh: “Għala qiegħed jibki sidi?” U dak wieġbu: “Għax sirt naf bil-ħsara li għad tagħmel int lil ulied Iżrael; tagħti n-nar lill-fortizzi tagħhom; toqtlilhom lil uliedhom il-kbar bix-xabla; tagħmlilhom tħin it-trabi tagħhom, u taqsmilhom in-nisa tqal tagħhom.” biex jagħmel ħaġa kbira bħal din?” U Eliżew wieġbu: “Il-Mulej urieni li int għad tkun sultan ta’ Aram.”

14U telaq minn ħdejn Eliżew, u wasal għand sidu, u dan staqsieh: “X’qallek Eliżew?” U wieġbu: “Qalli li int tgħix żgur.”

15U ġara li l-għada qabad parkan, għaddsu fl-ilma, u firxu fuq wiċċ is-sultan, u dan miet. U laħaq sultan floku Ħażajel.

Ġeħoram sultan ta’ Ġuda

16Fil-ħames sena ta’ Ġoram bin Aħab, sultan ta’ Iżrael, beda jsaltan Ġeħoram bin Ġosafat, sultan ta’ Ġuda.

17Kellu tnejn u tletin sena meta laħaq sultan, u saltan għal tmien snin f’Ġerusalemm.

20Fi żmienu l-Edumin qamu kontra l-ħakma ta’ Ġuda, u għamlu sultan għalihom.

21Ġeħoram għadda għal Sagħir bil-karrijiet kollha miegħu; qam billejl u ħabat għall-Edumin li kienu dawru lilu u l-fizzjal tal-karrijiet; imma l-eżerċtu ħarab lejn it-tined tiegħu.

22Hekk Edom ħeles minn taħt idejn Ġuda sal-lum; imbagħad f’dak iż-żmien stess ħelset Libna wkoll.

23U l-bqija tal-ġrajja ta’ Ġeħoram u kulma għamel jinsabu miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta’ Ġuda.

24U Ġeħoram strieħ ma’ missirijietu, u difnuh ma’ missirijietu fil-belt ta’ David. Imbagħad beda jsaltan floku Aħażija ibnu.Aħażija sultan ta’ Ġuda

25Fis-sena tnax ta’ Ġoram bin Aħab, sultan ta’ Iżrael, beda jsaltan Aħażija bin Ġeħoram, sultan ta’ Ġuda.

26Aħażija kellu tnejn u għoxrin sena meta laħaq sultan, u saltan sena f’Ġerusalemm. Ommu kien jisimha Għatalija, mill-familja ta’ Għomri, sultan ta’ Iżrael.

27U qabad it-triq ta’ dar Aħab, u għamel il-ħażin f’għajnejn il-Mulej bħad-dar ta’ Aħab, għax kien miżżewweġ għand il-familja ta’ Aħab.

28U mar ma’ Ġoram bin Aħab, jitqabad ma’ Ħażajel, sultan ta’ Aram, f’Ramot-gilgħad. U l-Aramin darbu lil Ġoram.1 Slat 22,3-4; 2 Slat 9,14-15.

29Is-sultan Ġoram reġa’ lura lejn Ġeżragħel biex jiddewwa mill-ġrieħi li għamlulu l-Aramin f’Rama hu u jitqabad ma’ Ħażajel, sultan ta’ Aram. U Aħażija bin Ġeħoram, sultan ta’ Ġuda, niżel jara lil Ġoram bin Aħab, f’Ġeżragħel, għax kien marid.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help