1Meta wasal jum Għid il-Ħamsin, huma kienu lkoll flimkien f’post wieħed.
5F’Ġerusalemm kien hemm xi Lhud, nies twajba minn kull nazzjon li hawn taħt is-sema.
6Malli nstama’ dan il-ħoss, inġabret kotra kbira, ilkoll imħawdin għax kull wieħed minnhom kien jismagħhom jitkellmu bl-ilsien tiegħu:
7Miblugħin u mistagħġbin, bdew jgħidu: “Dawn li qegħdin jitkellmu mhumiex ilkoll mill-Galilija?, oħrajn minn Kreta u Għarab, aħna lkoll qegħdin nisimgħuhom ixandru bl-ilsna tagħna l-għeġubijiet ta’ Alla!”
12U lkoll, mitlufa bl-għaġeb, bdew jgħidu wieħed lill-ieħor: “Dan xi jkun?”
13Oħrajn bdew jiddieħku u jgħidu: “Dawn xorbu l-inbid ġdid!”
Id-diskors ta’ Pietru f’Għid il-Ħamsin14Imma Pietru, flimkien mal-Ħdax, qam u qal lil-Lhud b’leħen għoli: “Nies tal-Lhudija, u intom ilkoll li toqogħdu f’Ġerusalemm, kunu afu dan u isimgħu sewwa x’se ngħidilkom jien.
15Le, dawn mhumiex fis-sakra, kif qegħdin taħsbu intom; għax għadhom id-disgħa ta’ filgħodu.
16Imma dan mhux ħlief dak li ntqal permezz tal-profeta Ġoel,
17 ‘U jiġri fl-aħħar jiem, jgħid Alla,
li jiena nsawwab mill-Ispirtu tiegħi fuq kull bniedem;
u jħabbru wliedkom, subien u bniet,
u ż-żgħażagħ tagħkom jaraw dehriet,
u x-xjuħ tagħkom joħolmu ħolmiet;
18 u wkoll fuq il-qaddejja tiegħi, irġiel u nisa,
insawwab f’dawk il-jiem mill-Ispirtu tiegħi,
u jħabbru.
19 U jien nagħmel għeġubijiet fl-għoli tas-smewwiet,
u sinjali isfel fl-art:
demm u nar u dħaħen kbar.
20 Ix-xemx tinbidel fi dlam,
u l-qamar f’demm,
qabel ma jasal jum il-Mulej,
jum kbir u glorjuż.
21 U jiġri li kull min isejjaħ isem il-Mulej ikun salv.’
22“Poplu ta’ Iżrael, isimgħu dan li se ngħidilkom. Ġesù ta’ Nazaret kien bniedem li Alla takom prova tiegħu permezz tal-mirakli u l-għeġubijiet u s-sinjali li għamel bih fostkom, kif intom stess tafu.;
għax hu fuq il-lemin tiegħi, biex qatt ma nitħarrek.
26 Għalhekk ferħet qalbi
u mtela bl-hena lsieni;
u ġismi wkoll jistrieħ fit-tama,
27 għax inti ma titlaqx fl-imwiet lil ruħi,
u ma tħallix il-Qaddis tiegħek jara t-taħsir.
28 Inti għarraftni t-triq tal-ħajja,
timlieni bil-ferħ meta nkun quddiemek.’
29“L-aħwa, ħalluni ngħidhielkom kif inħossha fuq il-patrijarka David; hu miet u kien midfun u l-qabar tiegħu għadu magħna sal-lum stess.
u lanqas ġismu ma ra t-taħsir.’
32Lil dan Ġesù, Alla qajmu mill-imwiet, u ta’ dan aħna lkoll xhieda.
Oqgħod fuq il-lemin tiegħi,
35 sa ma nkun qegħedt l-għedewwa tiegħek taħt riġlejk.’
36Mela ħa jkun jaf fiż-żgur il-poplu kollu ta’ Iżrael li lil dan Ġesù, li intom sallabtuh, Alla għamlu Mulej u Messija.”
37Dan il-kliem li semgħu laqtilhom qalbhom, u qalu lil Pietru u lill-appostli l-oħra: “L-aħwa, x’għandna nagħmlu aħna?”Il-ħajja tal-ewwel dixxipli
43Waqa’ mbagħad il-biża’ fuq kulħadd għax ħafna kienu l-mirakli u s-sinjali li kienu jsiru permezz tal-appostli.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.