2 SAMWEL 1 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 1L-aħbar tal-mewt ta’ Sawl

1Ġara li wara l-mewt ta’ Sawl, David raġa’ lura mit-taqtigħa mal-Għamalekin, u kien ilu jumejn f’Siklag.

3U David staqsieh: “Mnejn ġej?” u dak wieġbu: “Ħrabt mill-kamp ta’ Iżrael.”

4U David qallu: “X’aħbarijiet għandek minn hemm? Għidli, isa!” U wieġbu: “Il-poplu ħarab mit-taqbida, ħafna minnhom waqgħu u mietu; u mietu wkoll Sawl u Ġonatan, ibnu.”

5U David qal liż-żagħżugħ li tah l-aħbar: “Kif taf li mietu Sawl u ibnu Ġonatan?”

6U wieġbu ż-żagħżugħ li wassallu l-aħbar: “Inzertajt kont fuq l-għolja ta’ Gilbogħa, u nara lil Sawl jitwieżen fuq il-lanza, u l-karrijiet u r-rikkieba jrossu fuqu;

11Iżda David qabad u ċarrat ħwejġu, u hekk għamlu wkoll in-nies li kellu miegħu.

13U David imbagħad qal liż-żagħżugħ li kien tah l-aħbar: “Mnejn int?” u wieġbu: “Jien bin raġel barrani, minn Għamalek.”

14U qallu David: “Ma bżajtx tmidd idek biex toqtol il-midluk tal-Mulej?”Il-lamentazzjoni ta’ David

17U David beka u għanna din il-lamentazzjoni għal Sawl u għal Ġonatan, ibnu,

18u ordna li jgħallmuha lil ulied Ġuda; u tinsab miktuba fi Ktieb il-Ġust:

19“Kif intemm ġmielek, Iżrael, fuq l-għoljiet!

Kif waqgħu l-qalbenin!

20La tħabbru xejn f’Gatt,

la xxandruhiex fl-imsieraħ ta’ Askalon;

li ma jimtlewx bil-ferħ it-tfajliet tal-Filistin,

li ma jaqbżux bil-ferħ ix-xbejbiet tan-nies bla ħtin.

21Ja għoljiet ta’ Gilbogħa,

la nida u la xita ma jinżlu fuqkom,

la raba’ għammiel ma jkun fikom.

Hemm ġiet fil-għajb it-tarka tal-qalbenin,

it-tarka ta’ Sawl, li ma ndilkitx biż-żejt.

22Mid-demm tal-maqtulin,

mix-xaħam tal-qalbenin,

il-qaws ta’ Ġonatan

qatt lura ma raġa’;

ix-xabla ta’ Sawl qatt ma reġgħet fiergħa.

23Sawl u Ġonatan, dħulin u maħbubin,

ma nfirdux la f’ħajjithom, la f’mewthom.

Eħfef mill-ajkli,

aqwa mill-iljuni!

24Xbejbiet ta’ Iżrael, ibku lil Sawl;

libbiskom bil-kreżmi u l-brukkat,

żejnilkom ilbieskom bid-deheb!

25Kif waqgħu l-qalbenin, waqgħu fil-ġlied!

Ġonatan fuq għoljietek maqtul.

26Jien imgħolli għalik, Ġonatan ħija,

l-għożża tiegħi u l-għaxqa għalija!

Imħabbtek għalija egħżeż

minn imħabbet in-nisa!

27Kif waqgħu l-qalbenin;

u ntilef tagħmir il-ħarb!”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help