1Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu:
2“Fl-ewwel jum tal-ewwel xahar inti twaqqaf it-tabernaklu tat-tinda tal-laqgħa, u qegħedha fl-arka; daħħal il-lasti fl-arka u qiegħed l-għatu fuq l-arka minn fuq.
24Qiegħed ukoll l-imnara fit-tinda tal-laqgħa biswit il-mejda, in-naħa ta’ Nofsinhar tat-tabernaklu.
25Qiegħed fuqha l-imsiebaħ quddiem il-Mulej, kif kien ordna l-Mulej lil Mosè.
26Qiegħed ukoll l-artal tad-deheb fit-tinda tal-laqgħa, ’il barra mill-velu.
27Fuqu ħaraq l-inċens ifuħ, kif il-Mulej kien ordna lil Mosè.
28Dendel il-purtiera fi dħul it-tabernaklu.
29Poġġa l-artal tas-sagrifiċċju tal-ħruq fi dħul it-tabernaklu tat-tinda tal-laqgħa u fuqu offra sagrifiċċji maħruqa u offerti, bħalma l-Mulej kien ordna lil Mosè.
30Poġġa l-ħawt bejn it-tinda tal-laqgħa u l-artal, u mlieh bl-ilma għall-ħasil.; u l-glorja tal-Mulej imliet it-tabernaklu.Num 9,15-22. Eż 25,8; 1 Slat 8,10-11; Eżek 43,1-5.
35Mosè ma setax jidħol fit-tinda tal-laqgħa, għax fuqha kien hemm tistrieħ is-sħaba, u l-glorja tal-Mulej kienet timla t-tabernaklu.Eż 25,8; 1 Slat 8,10-11; Eżek 43,1-5. Eż 24,16; Apk 15,8.
36Kull meta s-sħaba kienet tintrefa’ minn fuq it-tabernaklu, ulied Iżrael kienu jitilqu minn fejn ikunu.Eż 13,21-22; S 78,14; 105,39.
37U jekk is-sħaba ma kinetx tintrefa’, anqas huma ma kienu jitilqu, qabel ma tintrefa’ hi.
38Binhar kien ikun hemm is-sħaba tal-Mulej tistrieħ fuq it-tabernaklu, imma billejl kien ikun hemm in-nar, li kienu jarawh ulied Iżrael fil-mixi kollu tagħhom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.