1 SAMWEL Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebIl-ktieb ta’ Samwel, kien oriġinarjament wieħed. Insibuh maqsum fi tnejn għaliex kien twil wisq biex joqgħod f’parċmina waħda. Hekk, mela, insibu l-Ewwel u t-Tieni Ktieb ta’ Samwel.L-isem tal-ktieb hu meħud mill-isem ta’ persuna ċentrali fil-ġrajja tal-ktieb, Samwel. Hu kien profeta u l-aħħar fost l-Imħallfin f’Iżrael.L-ewwel taqsima tal-Ewwel Ktieb (kap 1—7) tiddeskrivilna l-ħajja ta’ Samwel u kemm dam l-Imħallef kemm għen lill-armata tal-Iżraelin tegħleb l-għedewwa li attakkawhom. Fi xjuħitu, ġara li l-poplu talab lil Alla biex jagħtih sultan ħalli jmexxi l-eżerċtu Lhudi.Fit-tieni taqsima (8,1—15,35) naqraw kif Alla sejjaħ lil Samwel biex jikkonsagra lil Sawl, bin Kis, bħala l-ewwel sultan ta’ Iżrael. Sawl u ibnu Ġonatan rebħu ħafna battalji kontra l-Għammonin u l-Filistin. Il-ħasra hi li Sawl ma baqax fidil lejn Alla.David jiddomina t-tielet parti ta’ dan il-ktieb (16,1—31,13). Alla bagħat lil Samwel biex fil-kwiet jidlek lil David bħala s-sultan futur ta’ Iżrael. David beda jitqjies bħala eroj nazzjonali wara l-esperjenza qawwija li kellu mal-ġgant Filistew Gulija.Hu u Ġonatan kienu jinħabbu daqs aħwa, u lanqas l-għira kbira li qamet f’Sawl ma rnexxielha tkisser din l-għaqda. Minkejja li David kien miżżewweġ lil Mikal, bint is-sultan, Sawl xorta waħda fittex li joqtol lil David kemm-il darba. Spiss kien ikun Ġonatan innifsu li jwissi lil David biex jaħrab mill-korla għajjura ta’ missieru.F’din it-taqsima naraw lil David li kellu jaħrab mill-palazz tas-sultan u jifforma armata fid-deżert. Għadda minn esperjenzi qarsa sakemm dam ifittex kenn mill-korla għajjura ta’ Sawl. Spiċċa li mar għand il-Filistin, hu u s-sitt mitt raġel li kellu miegħu, u sab kenn għand is-sultan Akis f’Gatt.Il-ktieb jagħlaq bil-mewt ta’ Sawl u wliedu waqt it-taqbida mal-Filistin. Alla kien bla waqfien imexxi lil David lejn it-twettiq tal-wegħda li kien għamillu li jkun sultan ta’ Iżrael wara Sawl.Il-Mulej kellem lil Samwel: “Kemm se ddum qalbek sewda għal Sawl, meta jien neħħejtu minn sultan fuq Iżrael? Imla l-qarn biż-żejt u itlaq. Jien se nibagħtek għand Ġesse l-Betlemita, għaliex minn fost uliedu jien għażilt għalija sultan” (16,1).It-taqsim tal-ktiebSamwel l-Imħallef ta’ Iżrael (1,1—7,17)Sawl jinħatar Sultan (8,1—10,27)L-ewwel snin tat-tmexxija ta’ Sawl (11,1—15,35)David u Sawl (16,1—30,31)Il-mewt ta’ Sawl u wliedu (31,1-13)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help