LUQA 12 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 12Twissija fuq il-wiċċ b’ieħor

1Sadattant in-nies bdiet tinġabar bl-eluf, kulħadd jgħaffeġ fuq xulxin. U hu qabad jgħid l-ewwelnett lid-dixxipli tiegħu: “Ilqgħu rwieħkom mill-ħmira tal-Fariżej, jiġifieri mill-wiċċ b’ieħor tagħhom..

Minn min għandkom tibżgħu(Mt 10,28-31)

4“Dan ngħidilkom, ħbieb tiegħi, tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem u mbagħad ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn iżjed.

5Ħa nurikom jien minn min għandkom tibżgħu; ibżgħu minn Dak li, wara li jkun qatlek, għandu s-setgħa jixħtek ġol-infern. Iva, ngħidilkom, minn dan ibżgħu.

6Ħames għasafar tal-bejt mhux żewġ soldi jinbiegħu? U anqas wieħed minnhom ma hu minsi quddiem Alla.

7U intom, sa x-xagħar ta’ raskom, kollu magħdud. Xejn la tibżgħu, għax intom aktar minn ħafna għasafar tal-bejt tiswew.Id-dixxiplu jistqarr li hu ma’ Ġesù(Mt 10,32-33; 12,32)

8“U ngħidilkom li kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li huwa miegħi, Bin il-bniedem ukoll jistqarr li huwa miegħu quddiem l-anġli ta’ Alla.

9Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien niċħad lilu quddiem l-anġli ta’ Alla.. U l-ħwejjeġ li ħejjejt għalik, ta’ min ikunu?’

21Hekk jiġrilu min jiġma’ l-ġid għalih innifsu bla ma jistagħna quddiem Alla.”L-inkwiet u t-tħassib(Mt 6,25-34)

22Imbagħad Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Għalhekk ngħidilkom, tinkwetawx ruħkom għall-ħajja, x’se tieklu, anqas għall-ġisem, x’se tilbsu.

23Għax il-ħajja aqwa mill-ikel, u l-ġisem aqwa mill-ilbies.

24Ħarsu lejn iċ-ċawl; la jiżra’ u lanqas jaħsad, la għandu mħażen u lanqas kmamar fejn jerfa’, u madankollu Alla jitimgħu. Wisq aktar mit-tajr tiswew intom!.Iż-żmien jgħallem(Mt 16,2-3)

54Lin-nies qalilhom ukoll: “Meta taraw sħaba tielgħa mill-punent, malajr tgħidu li tkun ġejja x-xita; u hekk jiġri.Mt 16,2-3.

55U meta jonfoħ ir-riħ isfel, tgħidu li sħana se tagħmel; u tagħmel tassew.

56Uċuħ b’oħra, tafu taqraw wiċċ is-sema, u wiċċ l-art ukoll; mela ż-żmien ta’ issa kif ma tafux tfissruh?”

Irranġa ma’ min jixlik(Mt 5,25-26)

57“U għala ma tiġġudikawx intom stess x’inhu s-sewwa?

58Jekk xi ħadd ikun se jtellgħek il-qorti, int u sejjer miegħu quddiem il-maġistrat, ħabrek biex tirranġa miegħu kif tkunu għadkom fit-triq, li ma jmurx ikaxkrek quddiem l-imħallef, u l-imħallef jagħtik f’idejn l-esekutur tas-sentenza, u dan imbagħad jitfgħek il-ħabs;

59għax kif ngħidlek jien, ma toħroġx minn hemm ġew qabel ma tkun ħallast sa l-inqas ħabba.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help