1Tlitt ijiem wara li wasal fil-provinċja tiegħu, Festu tala’ Ġerusalemm minn Ċesarija.
2Il-qassisin il-kbar u l-kbarat tal-Lhud resqu quddiemu biex jakkużaw lil Pawlu u bdew jitolbuh ħafna
6Wara li qagħad magħhom mhux aktar minn tmienja jew għaxart ijiem, Festu niżel Ċesarija. L-għada ħa postu fit-tribunal u bagħat iġib lil Pawlu. u Bereniċi waslu Ċesarija biex jagħtu l-merħba lil Festu.
14Billi damu hemm ħafna, Festu tkellem mas-sultan fuq il-każ ta’ Pawlu u qallu: “Hawn raġel li Feliċ kien ħallieh il-ħabs.. Jien għalhekk ordnajt li jinżamm sakemm inkun nista’ nibagħtu għand Ċesari.”
23L-għada Agrippa u Bereniċi ġew bis-solennità kollha; daħlu fis-sala tal-udjenza mat-tribuni u l-kbarat tal-belt; u Festu ordna li jġibu lil Pawlu.Mt 10,18; Mk 13,9; Lq 21,12.
24Imbagħad Festu qal: “Sultan Agrippa u intom ilkoll li qegħdin hawn magħna, qegħdin taraw lil dan ir-raġel li fuqu l-kotra tal-Lhud, kemm f’Ġerusalemm u kemm hawn, ġiet għandi titlobni u tgħajjat li ma għandux jibqa’ aktar ħaj.Atti 22,22; 25,2-10.
25Jiena rajt li ma għamel xejn biex jistħoqqlu l-mewt; imma, billi hu stess appella għal quddiem l-imperatur Awgustu, qtajtha li nibagħtu għandu.
26Ma għandi xejn ċert x’nikteb lil sidi l-imperatur fuqu, għalhekk ġibtu quddiemkom, u l-aktar quddiemek, sultan Agrippa, biex bl-istħarriġ li jsirlu nsib xi ħaġa x’nikteb.
27Għax jidhirli li mhijiex ħaġa flokha nibgħat priġunier bla ma ngħid x’hemm kontra tiegħu.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.