2 SLATEN 1 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 1Aħażija jfittex lil Bagħal-żebub

1Wara l-mewt ta’ Aħab, Mowab qam kontra Iżrael., alla ta’ Għekron, jekk iniex se nfiq minn din il-marda.”

3U l-anġlu tal-Mulej qal lil Elija, it-Tisbi: “Qum u itla’ ltaqa’ mal-messaġġiera tas-sultan tas-Samarija, u għidilhom: ‘Jaqaw ma hemmx Alla f’Iżrael, biex intom sejrin tistaqsu lil Bagħal-żebub, alla ta’ Għekron?

4Għalhekk dan jgħid il-Mulej: Il-mitraħ li nxħett fuqu ma tinżilx minnu, għax int se tmut żgur.’ ” U Elija telaq.

5U l-messaġġiera reġgħu lura u s-sultan staqsiehom: “Għala rġajtu lura?”

6U huma weġbuh: “Ġie raġel jilqagħna u qalilna: ‘Aqbdu u morru lura għand is-sultan li bagħatkom u għidulu: ‘Dan jgħid il-Mulej: Ma hemmx Alla, biex int bgħatt tistaqsi lil Bagħal-żebub, alla ta’ Għekron? Għalhekk il-mitraħ li nxħett fuqu ma tinżilx minnu, għax se tmut żgur.’ ”

7U staqsiehom: “X’bixra ta’ bniedem kien ir-raġel li ġie jilqagħkom u qalilkom dan il-kliem?”

8U huma wieġbu: “Kien raġel liebes mantar tax-xagħar, u mħażżem bi ħżiem tal-ġild ma’ qaddu.” U hu qalilhom: “Elija, it-Tisbi!”

9U bagħatlu fizzjal ta’ ħamsin bil-ħamsin raġel miegħu; u tala’ għalih, u hemm kien Elija bilqiegħda fuq il-quċċata tal-muntanja, u dak qallu: “Bniedem ta’ Alla, is-sultan qallek: ‘Inżel.’ ”

10U Elija wieġeb lill-fizzjal tal-ħamsin u qallu: “Jekk jien bniedem ta’ Alla, ħa jinżel nar mis-sema, u jibla’ lilek u l-ħamsin tiegħek.” U niżel nar mis-sema u qered lilu u l-ħamsin tiegħu.

11U s-sultan raġa’ bagħatlu fizzjal ieħor ta’ ħamsin, bil-ħamsin raġel tiegħu, u dan tala’ u qallu: “Bniedem ta’ Alla, dan jgħid is-sultan: ‘Fittex inżel minn fuq il-muntanja.’ ”

12U Elija wieġeb u qallu: “Jekk jien bniedem ta’ Alla, ħa jinżel nar mis-sema, u jibla’ lilek u l-ħamsin tiegħek.” U niżel in-nar ta’ Alla mis-sema, u qered lilu u l-ħamsin tiegħu.

13U raġa’ bagħatlu t-tielet fizzjal ta’ ħamsin bil-ħamsin tiegħu. U t-tielet fizzjal tala’, u malli wasal niżel għarkupptejh quddiem Elija, u talbu bil-ħniena u qallu: “Bniedem ta’ Alla, ħa tkun għażiża f’għajnejk ħajti u ħajjet dawn il-qaddejja tiegħek.

14Ara, niżel nar mis-sema u qered iż-żewġ fizzjali tal-ħamsin li ġew qabli u l-ħamsinijiet tagħhom, imma issa ħa tkun għażiża ħajti f’għajnejk.”

15U l-anġlu tal-Mulej kellem lil Elija: “Inżel miegħu, tibżax minnu.” U qam u niżel miegħu għal għand is-sultan.

16U Elija qallu: “Dan jgħid il-Mulej: Int bgħatt messaġġiera jistaqsu lil Bagħal-żebub, alla ta’ Għekron, bħallikieku ma kienx hemm Alla f’Iżrael biex tistaqsuh kelmtu; għalhekk il-mitraħ li nxħett fuqu ma tinżilx minnu, għax se tmut żgur.”

17U Aħażija miet skont il-kelma tal-Mulej li qal Elija, u beda jsaltan floku ħuh Ġeħoram, fit-tieni sena ta’ Ġeħoram bin Ġosafat, sultan ta’ Ġuda, għax ma kellux ulied.

18U l-bqija tal-ġrajja ta’ Aħażija u kulma għamel huma miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta’ Iżrael.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help