1Xħin Esdra kien qiegħed jitlob u jistqarr dnubiet il-poplu b’wiċċu fl-art jibki quddiem it-tempju ta’ Alla, inġabret madwaru ġemgħa kbira ta’ Iżraelin, irġiel, nisa u tfal, ilkoll jibku kemm jifilħu.
2Imbagħad Sekanija bin Ġeħijel, mill-familja ta’ Għelam, qal lil Esdra: “Aħna konna ttradejna lil Alla tagħna, għax iżżewwiġna nisa barranin minn ulied in-nies tal-art, imma minkejja dan għad hemm tama għal Iżrael.
3Nagħmlu issa patt ma’ Alla tagħna, u nkeċċu n-nisa barranin kollha u ’l uliedhom skont ma twissina int, sinjur, u dawk li jitriegħdu quddiem dak li Alla tagħna kkmanda. Isir kollox skont kif inhu miktub fil-Liġi.
4Qum, għax din hi biċċa tiegħek; aħna nkunu miegħek. Agħmel il-qalb u agħmel xi ħaġa.”
5Esdra mbagħad qam, u ġiegħel lill-kapijiet tal-qassisin, lil-Leviti u lil Iżrael kollu, jaħilfulu li jagħmlu skont ma kien intqal. U huma ħalfulu.
6Imbagħad Esdra qam minn quddiem it-tempju ta’ Alla, u telaq lejn il-kamra ta’ Ġoħanan bin Eljasib, u għadda l-lejl hemmhekk. Imma ma missx ikel jew xorb, għax sewwed qalbu ħafna minħabba t-tradiment ta’ dawk li kienu ġew lura mill-eżilju.
7Mela, il-mexxejja tal-poplu għamlu sejħa f’Ġuda u Ġerusalemm biex jinġabru f’Ġerusalemm dawk kollha li kienu ġew lura mill-eżilju,
8u wissew li jekk xi ħadd ma jmurx fi żmien tlitt ijiem ġidu kienu jeħduhulu u hu kien jitkeċċa ’l barra mill-komunità ta’ dawk li ġew lura mill-eżilju.
9Għalhekk, fi żmien tlitt ijiem l-irġiel kollha ta’ Ġuda u Benjamin inġabru Ġerusalemm; dan kien fl-għoxrin tad-disa’ xahar. Imbagħad il-poplu kollu nġabar fil-misraħ quddiem it-tempju ta’ Alla, u kulħadd kien qiegħed jirtogħod minħabba dak li kien qiegħed jiġri, u minħabba x-xita li kienet nieżla.
10U Esdra, il-qassis, qam u qalilhom: “Intom kontu infidili u żżewwiġtu nisa barranin, u hekk komplejtu żidtu mad-dnubiet ta’ Iżrael.
11Imma issa, roddu ħajr lill-Mulej, Alla ta’ missirijietkom, u agħmlu r-rieda tiegħu, infirdu min-nisa tal-art u min-nisa barranin tagħkom.”.
Il-lista ta’ dawk li kienu żbaljaw18Instab li minn fost il-qassisin kien hemm uħud li kienu żżewġu nisa barranin. Fost ulied Ġożwè bin Ġosadak u ħutu kien hemm Magħxija, Eligħeżer, Ġarib, u Gedalija.
19Imma dawn taw il-kelma tagħhom li jibagħtu n-nisa tagħhom; u għax kienu ħatja offrew muntun mill-merħla tagħhom għal dnubiethom.
20Fost ulied Immer kien hemm Ħanani u Żebadija.
21Fost ulied Ħarim kien hemm Magħxija, Elija, Semajja, Ġeħijel, u Għużżija;
22u fost ulied Pasħur kien hemm Elijugħenaj, Magħxija, Ismagħel, Netanjel, Ġożabad, u Elgħaxa.
23Fost il-Leviti kien hemm Ġożabad, Simgħi, Kelaja (jiġifieri Kelita), Petaħija, Ġuda, u Eligħeżer.
24Fost il-kantanti kien hemm Eljasib, u fost il-purtinara tat-tempju kien hemm Sallum, Telem, u Uri.
25Minn Iżrael, fost ulied Pargħos kien hemm Ramija, Iżżija, Malkija, Mijjamin, Elgħażar, Malkija, u Benaja.
26Fost ulied Għelam kien hemm Mattanija, Żakkarija, Ġeħijel, Għabdi, Ġeremot, u Elija.
27Fost ulied Żattu kien hemm Elijugħenaj, Eljasib, Mattanija, Ġeremot, Żabad, u Għażiża.
28Fost ulied Bebaj kien hemm Ġeħoħanan, Ħananija, Żabbaj, u Għattaj.
29Fost ulied Bani kien hemm Mesullam, Malluk, Għadaja, Ġasub, Sijal, u Ġeremot.
30Fost ulied Paħat-mowab kien hemm Għadna, Kelal, Benaja, Magħxija, Mattanija, Besalel, Binnuwi, u Manassi.
31Fost ulied Ħarim kien hemm Eligħeżer, Issija, Malkija, Semajja, Simgħon,
32Benjamin, Malluk, u Semarija.
33Fost ulied Ħasum kien hemm Mattenaj, Mattatta, Żabad, Elifelet, Ġeremaj, Manassi, u Simgħi.
34Fost ulied Bani kien hemm Magħdaj, Għamram, u Uwel,
35Benajja, Bedija, Keluħi,
36Wanija, Meremot, Eljasib,
37Mattanija, Mattenaj, u Ġagħsu.
38Fost ulied Binnuwi kien hemm Simgħi,
39Selemija, Natan, Għadajja,
40Maknadbaj, Sasaj, Saraj,
41Għażarel, Selemija, Semarija,
42Sallum, Amarija, u Ġużeppi.
43Fost ulied Nebu kien hemm Ġegħijel, Mattitija, Żabad, Żebina, Ġaddaj, Ġoel, Benaja.
44Dawn kollha kienu żżewġu nisa barranin, imma keċċewhom bit-tfal tagħhom b’kollox.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.