SALMI Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebIl-ktieb tas-Salmi hu l-itwal ktieb fil-librerija biblika li għandna f’idejna. Is-Salmi huma għanjiet li jistgħu jitkantaw jew jingħadu bħala talba fi gruppi jew individwalment.Hemm 150 salm fl-antoloġija, li l-biċċa l-kbira minnhom huma attribwiti lis-Sultan David. Fil-fatt, is-salmi nġabru matul medda twila ta’ żmien u jindikaw mumenti fil-ħajja tal-poplu Lhudi li seħħew wara ħajjet David.Is-salmi kellhom post importanti fil-liturġija ta’ qima tal-poplu. Insibu li f’xi salmi, il-mexxej tar-rit għandu indikazzjonijiet speċifiċi dwar xi strumenti u melodiji għandhom jintużaw waqt ir-reċitar tagħhom.Il-kittieba tas-salmi kienu dejjem sinċiera fl-espressjoni tal-emozzjonijiet tagħhom. Insibuhom ifaħħru lil Alla f’mumenti ta’ ġid; jitolbu maħfra fl-għarfien tan-nuqqasijiet tagħhom jew tal-poplu; jirringrazzjawh tal-għeġubijiet li ħadem magħhom; igergru u jirrabjaw waqt l-inkwiet; jitolbu l-għajnuna fid-diffikultajiet. Il-qalba tas-salmi tinbena madwar l-esperjenzi emozzjonali tal-bniedem ta’ kull żmien.Xi eżempji tal-esperjenzi espressi fis-salmi huma: tifħir lil Alla (105); tnehid fit-tiġrib (13); mezz ta’ tagħlim (1); talb għall-protezzjoni tas-sultan (72); stqarrija ta’ mħabba għal Ġerusalemm (122); proklamazzjoni tal-qawwa ta’ Alla fil-ħolqien (47); rakkont tal-ħelsien mill-jasar bl-id ta’ Alla (68); ċelebrazzjonijiet (24). Naturalment, ħafna mis-salmi għandhom aktar minn ħsieb wieħed.Fit-Testment il-Ġdid, insibu li ħafna mill-kittieba tal-ittri jikkwotaw is-salmi biex isaħħu l-argumenti tagħhom. Fl-Evanġelji, siltiet mis-salmi huma kkwotati biex juru li f’Ġesù hemm il-milja tal-Wegħda. Ġesù nnifsu juża s-salmi fit-tagħlim tiegħu lill-folla. Fl-Atti tal-Appostli nsibu s-salmi użati f’diversi okkażjonijiet fil-ħidma u l-qima tal-ewwel insara.Matul it-Testment il-Ġdid, insibu referenza għall-vers minn Salm 118 sitt darbiet:Il-ġebla li warrbu l-bennejjasaret il-ġebla tax-xewka, (118,22).It-taqsim tal-ktiebIl-150 salm huma mqassma f’ħames antoloġiji msejħin kotba:Antoloġija 1: Salmi 1—41Antoloġija 2: Salmi 42—72Antoloġija 3: Salmi 73—89Antoloġija 4: Salmi 90—106Antoloġija 5: Salmi 107—150
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help